|
+Artikolu 51 6. |
Artikolu 51 6.Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, li għandu, fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku, jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba ta’ tali token tal-flus elettroniċi. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata. Is-sommarju għandu jkun fih twissija li:
(a)
huwa għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;
(b)
id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tat-token tal-flus elettroniċi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;
(c)
l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;
(d)
il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Is-sommarju għandu jiddikjara li detenturi tat-token tal-flus elettroniċi għandhom dritt ta’ fidi fi kwalunkwe ħin u b’parità kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-fidi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|