+Artikolu 51 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għat-tokens tal-flus elettroniċi
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.
---+Artikolu 51 7.
---+Artikolu 51 8.
---+Artikolu 51 9.
---+Artikolu 51 10.
---+Artikolu 51 11.
---+Artikolu 51 12.
---+Artikolu 51 13.
---+Artikolu 51 14.
---+Artikolu 51 15.

Artikolu 51 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għat-tokens tal-flus elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.

White paper dwar il-kriptoassi għal token tal-flus elettroniċi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness III:

(a) 

informazzjoni dwar l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi;

(b) 

informazzjoni dwar it-token tal-flus elettroniċi;

(c) 

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni tiegħu għan-negozjar;

(d) 

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token tal-flus elettroniċi;

(e) 

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(f) 

informazzjoni dwar ir-riskji;

(g) 

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token tal-flus.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri t-token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu skont l-Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token tal-flus elettroniċi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu.

Artikolu 51 2.
L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.
Artikolu 51 3.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni ċara u prominenti li ġejja fl-ewwel paġna:

“Din il-white paper dwar il-kriptoassi ma ġiet approvata mill-ebda awtorità kompetenti fl-ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-emittent tal-kriptoassi huwa unikament responsabbli għall-kontenut ta’ din il-white paper dwar il-kriptoassi.”

Artikolu 51 4.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha twissija ċara li:

(a) 

it-token tal-flus elettroniċi mhijiex koperta mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;

(b) 

it-token tal-flus elettroniċi mhijiex koperta mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

Artikolu 51 5.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi. Dik id-dikjarazzjoni, li għandha tiddaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun kompluta, ġusta, ċara u ma tkunx qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.
Artikolu 51 6.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, li għandu, fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku, jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba ta’ tali token tal-flus elettroniċi. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tal-kriptoassi kkonċernati sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi tal-kriptoassi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih twissija li:

(a) 

huwa għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b) 

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tat-token tal-flus elettroniċi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c) 

l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Is-sommarju għandu jiddikjara li detenturi tat-token tal-flus elettroniċi għandhom dritt ta’ fidi fi kwalunkwe ħin u b’parità kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-fidi.

Artikolu 51 7.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u tabella tal-werrej.
Artikolu 51 8.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta t-token tal-flus elettroniċi tiġi offerta wkoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Artikolu 51 9.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.
Artikolu 51 10.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 51 11.
L-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi għandhom jinnotifikaw il-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-anqas 20 jum tax-xogħol qabel id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tal-white papers dwar il-kriptoassi qabel ma jiġu ppubblikati.

Artikolu 51 12.
Kwalunkwe fattur ġdid sinifikanti, kwalunkwe żball materjali jew kwalunkwe ineżattezza materjali li kapaċi jaffettwaw il-valutazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu deskritti f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata mfassla mill-emittenti, nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti u ppublikata fuq is-siti web tal-emittenti.
Artikolu 51 13.
Qabel ma joffri token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għan-negozjar tat-token tal-flus elettroniċi, l-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi għandu jippubblika white paper dwar il-kriptoassi fuq is-sit web tiegħu.
Artikolu 51 14.
L-emittent tat-token tal-flus elettroniċi għandu, flimkien man-notifika tal-white paper dwar il-kriptoassi skont il-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(4). L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-ESMA, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand l-emittent, l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(4).

L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika wkoll lill-ESMA kwalunkwe white paper dwar il-kriptoassi modifikata u kwalunkwe rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi.

L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru skont l-Artikolu 109(4) sad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar jew, fil-każ ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata, jew rtirar tal-awtorizazzjoni, mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 51 15.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (g), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.