+Artikolu 56 Klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 8.
---+Artikolu 56 9.
---+Artikolu 56 10.

Artikolu 56 Klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.

L-EBA għandha tikklassifika t-tokens tal-flus elettroniċi bħala tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti meta mill-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) huma ssodisfatti:

(a) 

matul il-perjodu kopert mill-ewwel rapport ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, wara l-offerta lill-pubbliku jew it-tfittxija għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ dawk it-tokens; jew

(b) 

matul il-perjodu kopert f’minn tal-anqas żewġ rapporti konsekuttivi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 56 2.
Meta diversi emittenti joħorġu l-istess token tal-flus elettroniċi, it-twettiq tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) għandu jiġi vvalutat wara li tiġi aggregata d-data minn dawk l-emittenti.
Artikolu 56 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandhom jirrapportaw lill-EBA u lill-BĊE informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1), inkluża, jekk applikabbli, l-informazzjoni riċevuta taħt l-Artikolu 22, tal-anqas darbtejn fis-sena.

Meta l-emittent ikun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu wkoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 56 4.
Meta l-EBA tikkonkludi li token tal-flus elettroniċi jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

Artikolu 56 5.
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token tal-flus elettroniċi bħala token tal-flus elettroniċi sinifikanti f’60 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 4 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ tali token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.
Artikolu 56 6.
Meta token tal-flus elettroniċi jkun ġie kklassifikat bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 5, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent lill-EBA f’konformità mal-Artikolu 117(4) fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

Artikolu 56 7.
Bħala deroga mill-paragrafu 6, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti denominati f’munita uffiċjali ta’ Stat Membru għajr l-euro, fejn mill-anqas 80 % tan-numru ta’ detenturi u tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu kkonċentrati fl-Istat Membru domiċiljari, ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-EBA.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent għandha tipprovdi informazzjoni lill-EBA, annwalment, dwar kwalunkwe każ fejn tiġi applikata d-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tranżazzjoni għandha titqies li sseħħ fl-Istat Membru domiċiljari meta min iħallas jew min qed jitħallas ikun stabbilit f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 56 8.
L-EBA għandha tivvaluta mill-ġdid, annwalment, il-klassifikazzjoni tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew tal-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 22.

Meta l-EBA tikkonkludi li ċerti tokens tal-flus elettroniċi ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni sabiex ma tibqax tikklassifika t-token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti u tinnotifika dwar dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-emittenti ta’ dawk it-tokens tal-flus elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom, lill-BĊE, u, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emittenti ta’ tali tokens tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-BĊE u l-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

Artikolu 56 9.
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk ma tibqax tikklassifika token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8 u tinnotifika minnufih lill-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi u lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.
Artikolu 56 10.
Meta token tal-flus elettroniċi ma jibqax jikklassifika bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 9, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittent ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi għandhom jiġu ttrasferiti mill-EBA lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data ta’ notifika ta’ dik id-deċiżjoni.

L-EBA u l-awtorità kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel tal-kompetenzi superviżorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.