+Artikolu 59 Awtorizzazzjoni
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.
---+Artikolu 59 7.
---+Artikolu 59 8.

Artikolu 59 Awtorizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.

Persuna ma għandhiex tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, fl-Unjoni, sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a) 

persuna ġuridika jew impriża oħra li tkun ġiet awtorizzata bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 63; jew

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu, depożitorju ċentrali tat-titoli, ditta ta’ investiment, operatur tas-suq, istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS, jew maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv li huwa permess jipprovdi servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikolu 60.

Artikolu 59 2.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 63 għandu jkollhom uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru fejn iwettqu mill-anqas parti mis-servizzi tal-kriptoassi tagħhom. Għandu jkollhom il-post ta’ ġestjoni effettiva tagħhom ‘fl-Unjoni u mill-anqas wieħed mid-diretturi għandu jkun residenti fl-Unjoni.
Artikolu 59 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), impriżi oħra li ma humiex persuni ġuridiċi għandhom jipprovdu biss servizzi tal-kriptoassi jekk il-forma legali tagħhom tiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak mogħti minn persuni ġuridiċi u jekk ikunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma legali tagħhom.
Artikolu 59 4.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 63 għandhom dejjem jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom.
Artikolu 59 5.
Persuna li ma tkunx fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma għandhiex tuża isem, jew isem korporattiv, jew toħroġ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew twettaq kwalunkwe proċess ieħor li jissuġġerixxu li hija fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew li x’aktarx joħolqu konfużjoni f’dak ir-rigward.
Artikolu 59 6.
L-awtoritajiet kompetenti li jagħtu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 63 għandhom jiżguraw li tali awtorizzazzjonijiet jispeċifikaw is-servizzi tal-kriptoassi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu awtorizzati jipprovdu.
Artikolu 59 7.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom ikunu permessi jipprovdu servizzi tal-kriptoassi madwar l-Unjoni, jew permezz tad-dritt ta’ stabbiliment, inkluż permezz ta’ fergħa, jew permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu servizzi tal-kriptoassi fuq bażi transfruntiera ma għandux ikollhom l-obbligu li jkollhom preżenza fiżika fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti.
Artikolu 59 8.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfittxu li jżidu servizzi tal-kriptoassi mal-awtorizzazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 63 għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw l-awtorizzazzjoni inizjali tagħhom estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom billi jikkomplementaw u jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62. It-talba għal estensjoni għandha tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 63.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.