+Artikolu 61 1.

Artikolu 61 1.

Meta klijent stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda, fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu nnifsu, il-forniment ta’ servizz jew attività tal-kriptoassi minn ditta ta’ pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 59 ma għandux japplika għall-forniment ta’ dak is-servizz jew attività tal-kriptoassi mid-ditta ta’ pajjiż terz lil dak il-klijent, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-forniment ta’ dak is-servizz jew dik l-attività tal-kriptoassi.

Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta’ pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ din id-ditta ta’ pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti prospettivi fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi ta’ komunikazzjoni użati għas-solleċitazzjoni, għall-promozzjoni jew għar-reklamar fl-Unjoni, dan ma għandux jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu.

It-tieni subparagrafu għandu japplika minkejja kwalunkwe klawżola kuntrattwali jew ċaħda ta’ responsabbiltà li tkun intenzjonata tiddikjara mod ieħor, inkluża kwalunkwe klawżola jew ċaħda ta’ responsabbiltà li l-forniment tas-servizzi minn ditta ta’ pajjiż terz jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.