+Artikolu 61 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
|
Artikolu 61 Forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
Meta klijent stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda, fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu nnifsu, il-forniment ta’ servizz jew attività tal-kriptoassi minn ditta ta’ pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 59 ma għandux japplika għall-forniment ta’ dak is-servizz jew attività tal-kriptoassi mid-ditta ta’ pajjiż terz lil dak il-klijent, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-forniment ta’ dak is-servizz jew dik l-attività tal-kriptoassi. Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta’ pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ din id-ditta ta’ pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti prospettivi fl-Unjoni, irrispettivament mill-mezzi ta’ komunikazzjoni użati għas-solleċitazzjoni, għall-promozzjoni jew għar-reklamar fl-Unjoni, dan ma għandux jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu. It-tieni subparagrafu għandu japplika minkejja kwalunkwe klawżola kuntrattwali jew ċaħda ta’ responsabbiltà li tkun intenzjonata tiddikjara mod ieħor, inkluża kwalunkwe klawżola jew ċaħda ta’ responsabbiltà li l-forniment tas-servizzi minn ditta ta’ pajjiż terz jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent innifsu.
|
|
Artikolu 61 2.
|
Inizjattiva esklużiva mill-klijent innifsu kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintitola lid-ditta ta’ pajjiż terz tikkummerċjalizza tipi ta’ kriptoassi jew ta’ servizzi tal-kriptoassi lil dak il-klijent.
|
|
Artikolu 61 3.
|
L-ESMA għandha sat-30 ta’ Diċembru 2024 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika s-sitwazzjonijiet li fihom ditta ta’ pajjiż terz titqies li qed tissolleċita klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni. Sabiex titrawwem il-konverġenza u tiġi promossa superviżjoni konsistenti fir-rigward tar-riskju ta’ abbuż ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha toħroġ ukoll linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar il-prattiki ta’ superviżjoni biex tiġi individwata u evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|