+Artikolu 62 3.

Artikolu 62 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (g) u (h), il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika għandu jipprovdi prova ta’ dan kollu li ġej:

(a) 

għall-membri kollha tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, l-assenza ta’ rekord kriminali fir-rigward ta’ kundanni u l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, u tal-finanzjament kontra t-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali;

(b) 

li l-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika b’mod kollettiv ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u li dawk il-persuni jkollhom l-obbligu li jallokaw biżżejjed ħin sabiex iwettqu dmirijiethom;

(c) 

għall-azzjonisti u l-membri kollha, kemm diretti kif ukoll indiretti, li għandhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, l-assenza ta’ rekord kriminali fir-rigward ta’ kundanni jew l-assenza ta’ penali imposti skont il-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza u l-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, jew fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, tal-frodi jew tar-responsabbiltà professjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.