+Artikolu 63 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.
---+Artikolu 63 9.
---+Artikolu 63 10.
---+Artikolu 63 11.
---+Artikolu 63 12.
---+Artikolu 63 13.
|
Artikolu 63 Valutazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u l-għoti jew iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni skont l-Artikolu 62(1), jikkonfermaw bil-miktub li rċevew l-applikazzjoni lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika.
|
|
Artikolu 63 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 25 jum tax-xogħol minn meta jirċievu applikazzjoni skont l-Artikolu 62(1), jivvalutaw jekk dik l-applikazzjoni hijiex kompluta billi jivverifikaw li tkun ġiet sottomessa l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 62(2). Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jeħtieġ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa.
|
|
Artikolu 63 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jirrieżaminaw applikazzjonijiet meta tali applikazzjonijiet jibqgħu inkompluti wara li tkun għaddiet l-iskadenza stabbilita minnhom f’konformità mal-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 63 4.
|
Ladarba applikazzjoni tkun kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih jinnotifikaw lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika dwar dan.
|
|
Artikolu 63 5.
|
Qabel ma jagħtu jew jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jinsab f’wieħed mill-pożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, depożitorju ċentrali tat-titoli, ditta ta’ investiment, operatur tas-suq, kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS, maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi, istituzzjoni ta’ pagament, impriża tal-assigurazzjoni, istituzzjoni tal-flus elettroniċi jew istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, awtorizzati f’dak l-Istat Membru l-ieħor:
(a)
huwa s-sussidjarju tiegħu;
(b)
huwa sussidjarju tal-impriża omm ta’ dik l-entita’; jew
(c)
huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw dik l-entita’.
|
|
Artikolu 63 6.
|
Qabel ma jagħtu jew jirrifjutaw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti:
(a)
jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, sabiex jivverifikaw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma kienx is-suġġett ta’ investigazzjoni dwar imġiba relatata mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu;
(b)
għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika li jopera stabbilimenti jew li jiddependi fuq partijiet terzi stabbiliti f’pajjiżi terzi b’riskju għoli identifikati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 45(3) u l-Artikolu 45(5) ta’ dik id-Direttiva;
(c)
għandhom, meta xieraq, jiżguraw li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun stabbilixxa proċeduri xierqa biex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 18a(1) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849.
|
|
Artikolu 63 7.
|
Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.
|
|
Artikolu 63 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu l-awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollu rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet marbuta mal-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.
|
|
Artikolu 63 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data li fiha jirċievu applikazzjoni kompluta, jivvalutaw jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jikkonformax ma’ dan it-Titolu u għandhom jadottaw deċiżjoni motivata bis-sħiħ li biha jagħtu jew jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta’ dik id-deċiżjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi.
|
|
Artikolu 63 10.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli li:
(a)
il-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun ta’ theddida għall-immaniġġjar effettiv, sod u prudenti kif ukoll għall-kontinwità tal-operat tiegħu, u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u tal-integrità tas-suq, jew jesponi lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika għal riskju serju ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu;
(b)
il-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 68(1);
(c)
l-azzjonisti jew il-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika ma jissodisfawx il-kriterji ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed stabbiliti fl-Artikolu 68(2);
(d)
il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jonqos milli jissodisfa jew x’aktarx li jkun se jonqos milli jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 63 11.
|
L-ESMA u l-EBA għandhom b’mod konġunt joħorġu linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rispettivament, dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u tal-azzjonisti jew il-membri, kemm diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika. L-ESMA u l-EBA għandhom joħorġu l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu sat-30 ta’ Ġunju 2024.
|
|
Artikolu 63 12.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni previst fil-paragrafu 9, u mhux aktar tard mill-20 jum tax-xogħol ta’ dak il-perjodu, jitolbu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex jikkompletaw il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir bil-miktub lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Il-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 9 għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni nieqsa mill-awtoritajiet kompetenti u d-data meta jirċievu reazzjoni għaliha mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħhom iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 63 13.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom fi żmien jumejn tax-xogħol mill-għoti tal-awtorizzazzjoni, jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw ukoll lill-ESMA bi kwalunkwe rifjut ta’ awtorizzazzjoni. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109(5) disponibbli fir-reġistru msemmi f’dak l-Artikolu sad-data tal-bidu tal-forniment ta’ servizzi ta’ kriptoassi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|