+Artikolu 64 Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
---+Artikolu 64 8.

Artikolu 64 Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni tiegħu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-awtorizzazzjoni;

(b) 

ikun irrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni tiegħu;

(c) 

ma jkunx ipprovda servizzi tal-kriptoassi għal disa’ xhur konsekuttivi;

(d) 

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni tiegħu b’mod irregolari, bħala billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni;

(e) 

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni u ma jkunx ħa l-azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-awtorità kompetenti fi ħdan il-limitu ta’ żmien speċifikat;

(f) 

jonqos milli jistabbilixxi sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi għall-individwazzjoni u għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849;

(g) 

ikun kiser serjament dan ir-Regolament, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-detenturi ta’ kriptoassi jew tal-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew mal-integrità tas-suq.

Artikolu 64 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fi kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun kiser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849;

(b) 

il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta’ pagament jew l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi, u dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun naqas milli jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien 40 jum kalendarju.

Artikolu 64 3.
Meta awtorità kompetenti tirtira awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, din għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109.
Artikolu 64 4.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni għal servizz partikolari tal-kriptoassi.
Artikolu 64 5.

Qabel ma jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernat ikun:

(a) 

sussidjarju ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(b) 

sussidjarju tal-impriża omm ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzata f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(c) 

ikkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 64 6.
Qabel ma jirtiraw awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tal-konformità tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 64 7.
L-EBA, l-ESMA u kwalunkwe awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jeżamina jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet li skonthom ingħatat l-awtorizzazzjoni, meta jkun hemm bażi ta’ suspett li dan ma jkunx għadu l-każ.
Artikolu 64 8.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri adegwati li jiżguraw it-trasferiment f’waqtuu ordnat tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti tagħhom lil fornitur ieħor ta’ servizzi tal-kriptoassi meta tiġi rtirata awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.