+Artikolu 65 Il-forniment transfruntier ta’ servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.

Artikolu 65 Il-forniment transfruntier ta’ servizzi tal-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.

Fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkun biħsiebu jipprovdi servizzi tal-kriptoassi f’aktar minn Stat Membru wieħed għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:

(a) 

lista tal-Istati Membri li fihom il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi servizzi tal-kriptoassi;

(b) 

is-servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi fuq bażi transfruntiera;

(c) 

id-data tal-bidu tal-forniment maħsub tas-servizzi tal-kriptoassi;

(d) 

lista tal-attivitajiet l-oħra kollha pprovduti mill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 65 2.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-punti uniċi ta’ kuntatt tal-Istati Membri ospitanti, lill-ESMA u lill-EBA.
Artikolu 65 3.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi kkonċernat dwar il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mingħajr dewmien.
Artikolu 65 4.
Il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jista’ jibda jipprovdi servizzi tal-kriptoassi fi Stat Membru għajr fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu mid-data meta jirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew mhux aktar tard mill-15-il jum kalendarju wara li jkun ssottometta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.