|
+Artikolu 67 3. |
Artikolu 67 3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom tas-sena preċedenti, billi jużaw iċ-ċifri li jirriżultaw mill-qafas kontabilistiku applikabbli, billi jnaqqsu l-elementi li ġejjin mill-ispejjeż totali wara d-distribuzzjoni tal-profitti lill-azzjonisti jew membri fir-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom jew, meta ma jkunux disponibbli rapporti awditjati, fir-rapporti finanzjarji annwali vvalidati mis-superviżuri nazzjonali:
(a)
il-bonusijiet tal-persunal u rimunerazzjoni oħra, sal-punt li dawk il-bonusijiet u dik ir-rimunerazzjoni jiddependu fuq profitt nett tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fis-sena rilevanti;
(b)
l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;
(c)
approprjazzjonijiet oħra ta’ profitti u rimunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;
(d)
l-ispejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|