+Artikolu 67 Rekwiżiti prudenzjali
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
---+Artikolu 67 6.
|
Artikolu 67 Rekwiżiti prudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ, f’kull ħin, salvagwardji prudenzjali ta’ ammont tal-anqas ugwali għall-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
l-ammont ta’ rekwiżiti kapitali minimi permanenti indikati fl-Anness IV, skont it-tip tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti;
(b)
kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti, rieżaminati kull sena.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jkunx ilhom joperaw sena mid-data li fiha jkunu bdew jfornu s-servizzi għandhom jużaw, għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-ispejjeż ġenerali fissi projettati inklużi fil-projezzjonijiet tagħhom għall-forniment tas-servizzi fl-ewwel 12-il xahar, kif sottomessi mal-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom tas-sena preċedenti, billi jużaw iċ-ċifri li jirriżultaw mill-qafas kontabilistiku applikabbli, billi jnaqqsu l-elementi li ġejjin mill-ispejjeż totali wara d-distribuzzjoni tal-profitti lill-azzjonisti jew membri fir-rapporti finanzjarji annwali awditjati l-aktar reċenti tagħhom jew, meta ma jkunux disponibbli rapporti awditjati, fir-rapporti finanzjarji annwali vvalidati mis-superviżuri nazzjonali:
(a)
il-bonusijiet tal-persunal u rimunerazzjoni oħra, sal-punt li dawk il-bonusijiet u dik ir-rimunerazzjoni jiddependu fuq profitt nett tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fis-sena rilevanti;
(b)
l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;
(c)
approprjazzjonijiet oħra ta’ profitti u rimunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;
(d)
l-ispejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Is-salvagwardji prudenzjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta’ kwalunkwe forma minn fost dawn li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom:
(a)
fondi proprji, li jikkonsistu mill-elementi u strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 msemmija fl-Artikoli 26 sa 30 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara t-tnaqqis sħiħ, skont l-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, mingħajr l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet b’rabta mal-livell limitu skont l-Artikoli 46 u 48 ta’ dak ir-Regolament;
(b)
polza tal-assigurazzjoni li tkopri t-territorji tal-Unjoni fejn is-servizzi tal-kriptoassi jew garanzija komparabbli jkunu pprovduti.
|
|
Artikolu 67 5.
|
Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandha tkun żvelata lill-pubbliku fuq is-sit web tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u għandu jkollha tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)
ikollha terminu inizjali ta’ mhux anqas minn sena;
(b)
il-perjodu ta’ notifika għall-kanċellazzjoni tagħha jkun tal-anqas 90 jum;
(c)
tkun ittieħdet minn impriża awtorizzata li tipprovdi assigurazzjoni, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali;
(d)
tkun ipprovduta minn entità terza.
|
|
Artikolu 67 6.
|
Il-polza tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandha tinkludi kopertura kontra r-riskju ta’ dawn kollha li ġejjin:
(b)
dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet qarrieqa li jkunu saru;
(c)
atti, żbalji jew ommissjonijiet li jirriżultaw fi ksur ta’:
(i)
obbligi ġuridiċi u regolatorji;
(ii)
obbligu ta’ aġir b’mod onest, ġust u professjonali fir-rigward tal-klijenti;
(iii)
obbligi ta’ kunfidenzjalità;
(d)
in-nuqqas ta’ stabbiliment, ta’ implimentazzjoni u ta’ żamma ta’ proċeduri xierqa għall-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess;
(e)
telf li jirriżulta minn tfixkil fin-negozju jew fallimenti fis-sistemi;
(f)
meta applikabbli għall-mudell tan-negozju, negliġenza gravi fis-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;
(g)
responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi fil-konfront tal-klijenti skont l-Artikolu 75(8).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|