+Artikolu 78 L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
---+Artikolu 78 5.
---+Artikolu 78 6.
|
Artikolu 78 L-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiksbu, filwaqt li jeżegwixxu l-ordnijiet, l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom filwaqt li jqisu fatturi ta’ prezz, spejjeż, veloċità, probabbiltà tal-eżekuzzjoni u tas-saldu, id-daqs, in-natura, il-kundizzjonijiet tal-kustodja tal-kriptoassi jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni. Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti ma għandux ikollhom l-obbligu li jieħdu l-passi meħtieġa msemmija fl-ewwel subparagrafu f’każijiet fejn jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi wara li jingħataw struzzjonijiet speċifiċi mingħand il-klijenti tagħhom.
|
|
Artikolu 78 2.
|
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti ta’ eżekuzzjoni effettivi. B’mod partikolari, għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-paragrafu 1. Il-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet għandha, fost l-affarijiet l-oħra, tipprevedi l-eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u rapida tal-ordnijiet tal-klijenti u tipprevjeni l-użu ħażin mill-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ordnijiet tal-klijenti.
|
|
Artikolu 78 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa u ċara lill-klijenti tagħhom dwar il-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafu 2 u kwalunkwe bidla sinifikanti għaliha. Dik l-informazzjoni għandha tispjega b’mod ċar, b’mod iddettaljat biżżejjed u b’mod li jista’ jinftiehem faċilment mill-klijenti, kif il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi se jeżegwixxu l-ordnijiet għall-klijenti. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel mingħand kull klijent fir-rigward tal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet.
|
|
Artikolu 78 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom ikunu jistgħu juru lill-klijenti tagħhom, fuq talba tagħhom, li l-ordnijiet tagħhom ġew eżegwiti minnhom f’konformità mal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom u għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti, fuq talba ta’ din tal-aħħar, il-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 78 5.
|
Meta l-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tipprevedi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jistgħu jiġu eżegwiti barra minn pjattaforma ta’ negozjar, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dik il-possibbiltà u għandhom jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom barra minn pjattaforma ta’ negozjar, jew fil-forma ta’ ftehim ġenerali inkella fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet individwali.
|
|
Artikolu 78 6.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet u tal-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom sabiex jidentifikaw u, meta xieraq, jikkoreġu kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward. B’mod partikolari, huma għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk il-postijiet ta’ eżekuzzjoni inklużi fil-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jipprovdux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti jew jekk ikunx meħtieġ li jagħmlu bidliet fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jeżegwixxu ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jinnotifikaw lill-klijenti li magħhom ikollhom relazzjoni kontinwadwar kwalunkwe bidla materjali fl-arranġamenti ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew fil-politika ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|