+Artikolu 79 It-tqegħid tal-kriptoassi
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
|
Artikolu 79 It-tqegħid tal-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħdu l-kriptoassi għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-offerent, lill-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimhom, qabel ma jidħlu fi ftehim magħhom:
(a)
it-tip ta’ tqegħid li jkun qed jiġi kkunsidrat inkluż jekk ammont minimu ta’ xiri huwiex iggarantit jew le;
(b)
indikazzjoni tal-ammont tat-tariffi tat-tranżazzjonijiet assoċjati mat-tqegħidpropost;
(c)
meta x’aktarx li sseħħ l-operazzjoni proposta, kif ukoll il-proċess u l-prezz probabbli għaliha;
(d)
informazzjoni dwar ix-xerrejja fil-mira.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħdu l-kriptoassi għandhom, qabel ma jqiegħdu dawk il-kriptoassi, jiksbu l-qbil tal-emittenti ta’ dawk il-kriptoassi jew ta’ kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimhom fir-rigward tal-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 79 2.
|
Ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 72(1) għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri speċifiċi u adegwati għall-identifikazzjoni, għall-prevenzjoni, għall-immaniġġjar u għall-iżvelar ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jirriżulta mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jqiegħdu l-kriptoassi mal-klijenti tagħhom stess;
(b)
il-prezz propost għat-tqegħid tal-kriptoassi ġie sovravalutat jew sottovalutat;
(c)
inċentivi, inklużi inċentivi mhux monetarji, huma mħallsa jew mogħtija mill-offerent lill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|