+Artikolu 84 Il-kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposta ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.

Artikolu 84 Il-kontenut tal-valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposta ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.

Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(4), l-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 83(1) skont il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tmexxi n-negozju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c) 

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari b’rabta mat-tip ta’ negozju previst u mfittex fir-rigward tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li fih tkun proposta li ssir l-akkwiżizzjoni;

(d) 

jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi hux se jkun jista’ jikkonforma u jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, qiegħed jitwettaq, twettaq jew qed isir jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 1(3) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li l-akkwiżizzjoni proposta tista’ żżid ir-riskju ta’ dan.

Artikolu 84 2.
L-awtorita’ kompetenti tista’ topponi l-akkwiżizzjoni proposta biss meta jkun hemm motivi raġonevoli għalxiex jagħmlu dan fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 83(4) ma tkunx kompluta jew tkun falza.
Artikolu 84 3.
L-Istati Membri ma għandhomx jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti li jeħtieġ li tiġi akkwistata skont dan ir-Regolament u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
Artikolu 84 4.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji fejn tispeċifika l-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li hija meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(4), l-ewwel subparagrafu. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali, proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u għall-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 83(1).

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.