+Artikolu 84 1.

Artikolu 84 1.

Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(4), l-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fl-Artikolu 83(1) skont il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tmexxi n-negozju tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;

(c) 

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari b’rabta mat-tip ta’ negozju previst u mfittex fir-rigward tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li fih tkun proposta li ssir l-akkwiżizzjoni;

(d) 

jekk il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi hux se jkun jista’ jikkonforma u jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu;

(e) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli sabiex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, qiegħed jitwettaq, twettaq jew qed isir jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 1(3) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li l-akkwiżizzjoni proposta tista’ żżid ir-riskju ta’ dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.