+Artikolu 87 Informazzjoni privileġġjata
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 87 4.

Artikolu 87 Informazzjoni privileġġjata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 1.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġjata għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a) 

informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat;

(b) 

għall-persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, tfisser ukoll informazzjoni ta’ natura preċiża kkomunikata minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fil-kriptoassi, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar, jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat.

Artikolu 87 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li hija ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżisti jew li jista’, b’mod raġonevoli, ikun mistenni li jibda jeżisti, jew avveniment li jkun seħħ jew li jista’, b’mod raġonevoli, ikun mistenni li jseħħ, meta tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li tintlaħaq konklużjoni fir-rigward tal-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew ta’ dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-kriptoassi. F’dak ir-rigward, fil-każ ta’ proċess li jdum li jkun maħsub biex jagħti lok għal ċirkostanzi partikolari jew avveniment partikolari jew jirriżulta f’tali ċirkostanzi jew f’tali avveniment, dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew dak l-avveniment futur, u wkoll il-passi intermedji ta’ dak il-proċess li jkunu konnessi mal-fatt li jseħħu dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew dak l-avveniment futur jew li jirriżultaw fihom, jistgħu jitqiesu li jkunu informazzjoni preċiża.
Artikolu 87 3.
Pass intermedju fi proċess li jdum għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġjata jekk, fih u minnu nnifsu, jissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 87 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, informazzjoni li, kieku kellha ssir pubblika, x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-kriptoassi għandha tfisser informazzjoni li detentur raġonevoli ta’ kriptoassi x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tad-detentur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.