|
+Artikolu 87 1. |
Artikolu 87 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġjata għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:
(a)
informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat;
(b)
għall-persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, tfisser ukoll informazzjoni ta’ natura preċiża kkomunikata minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fil-kriptoassi, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew offerent wieħed jew aktar, jew persuna waħda jew aktar li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew ma’ kriptoassi wieħed jew aktar, u li, jekk kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk il-kriptoassi jew fuq il-prezz ta’ kriptoassi relatat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|