|
+Artikolu 104 2. |
Artikolu 104 2.Il-EBA għandha tieħu miżura skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għat-tokens irreferenzjati ma’ assi rilevanti, għat-tokens tal-flus elettroniċi rilevanti jew għas-servizzi tal-kriptoassi relatati magħhom ma jindirizzawx it-theddida in kwistjoni;
(c)
awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħadet azzjoni biex tindirizza t-theddida inkwistjoni jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx dik it-theddida b’mod adegwat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|