+Artikolu 104 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA
---+Artikolu 104 1.
---+Artikolu 104 2.
---+Artikolu 104 3.
---+Artikolu 104 4.
---+Artikolu 104 5.
---+Artikolu 104 6.
---+Artikolu 104 7.
---+Artikolu 104 8.

Artikolu 104 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 104 1.

F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi:

(a) 

il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew

(b) 

tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-EBA.

Artikolu 104 2.

Il-EBA għandha tieħu miżura skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għat-tokens irreferenzjati ma’ assi rilevanti, għat-tokens tal-flus elettroniċi rilevanti jew għas-servizzi tal-kriptoassi relatati magħhom ma jindirizzawx it-theddida in kwistjoni;

(c) 

awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħadet azzjoni biex tindirizza t-theddida inkwistjoni jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx dik it-theddida b’mod adegwat.

Artikolu 104 3.

Meta tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha tiżgura li l-miżura:

(a) 

ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq fil-kriptoassi jew fuq id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew klijenti li jirċievu servizzi ta’ kriptoassi li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura; u

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 105, l-EBA tista’ tieħu kwalunkwe miżura minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 106(2).

Artikolu 104 4.
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-miżura li biħsiebha tieħu.
Artikolu 104 5.
L-EBA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex tittieħed miżura skont il-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għall-attivitajiet wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.
Artikolu 104 6.
L-EBA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-anqas kull sitt xhur. Wara li tal-anqas tiġġedded darbtejn wara xulxin u abbażi ta’ analiżi xierqa li tivvaluta l-impatt fuq il-konsumaturi, l-EBA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni.
Artikolu 104 7.
Il-miżuri meħuda mill-EBA skont dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda mill-awtorità kompetenti rilevanti dwar l-istess kwistjoni.
Artikolu 104 8.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-EBA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.