+Artikolu 105 2.

Artikolu 105 2.

Awtorità kompetenti għandha tieħu miżura biss skont il-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta abbażi ta’ motivi raġonevoli li:

(a) 

kriptoassi jagħti lok għal tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew ikun ta’ theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha, jew ta’ parti minnha, tal-anqas fi Stat Membru wieħed;

(b) 

rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-kriptoassi jew għas-servizz tal-kriptoassi kkonċernati ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tkunx indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba ta’ rekwiżiti eżistenti;

(c) 

il-miżura tkun proporzjonata, meta titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq ikkonċernati u l-effett probabbli tal-miżura fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jżommu jew jużaw il-kriptoassi jew is-servizz tal-kriptoassi kkonċernati jew li jibbenefikaw minnhom;

(d) 

l-awtorità kompetenti tkun ikkonsultat kif xieraq lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-miżura; u

(e) 

il-miżura ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet pprovduti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma kriptoassi jkun ġie kkummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tapplika l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’ċerti ċirkostanzi jew li tagħmilha soġġetta għal eċċezzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.