+Artikolu 105 Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 105 1.
---+Artikolu 105 2.
---+Artikolu 105 3.
---+Artikolu 105 4.
---+Artikolu 105 5.
---+Artikolu 105 6.
---+Artikolu 105 7.
|
Artikolu 105 Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 105 1.
|
Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dawn li ġejjin fl-Istat Membru tagħha jew mill-Istat Membru tagħha:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti kriptoassi jew kriptoassi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
(b)
tip ta’ attività jew prattika relatata mal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 105 2.
|
Awtorità kompetenti għandha tieħu miżura biss skont il-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta abbażi ta’ motivi raġonevoli li:
(a)
kriptoassi jagħti lok għal tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew ikun ta’ theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha, jew ta’ parti minnha, tal-anqas fi Stat Membru wieħed;
(b)
rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-kriptoassi jew għas-servizz tal-kriptoassi kkonċernati ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tkunx indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba ta’ rekwiżiti eżistenti;
(c)
il-miżura tkun proporzjonata, meta titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq ikkonċernati u l-effett probabbli tal-miżura fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jżommu jew jużaw il-kriptoassi jew is-servizz tal-kriptoassi kkonċernati jew li jibbenefikaw minnhom;
(d)
l-awtorità kompetenti tkun ikkonsultat kif xieraq lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-miżura; u
(e)
il-miżura ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet pprovduti minn Stat Membru ieħor.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma kriptoassi jkun ġie kkummerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tapplika l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biss f’ċerti ċirkostanzi jew li tagħmilha soġġetta għal eċċezzjonijiet.
|
|
Artikolu 105 3.
|
L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux anqas minn xahar qabel ma l-miżura tkun maħsuba biex tidħol fis-seħħ, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn kollha u lill-ESMA, jew lill-EBA, għal tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi, bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor maqbul bejn l-awtoritajiet, bid-dettalji li ġejjin:
(a)
il-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika li magħhom hija marbuta l-miżura proposta;
(b)
in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u
(c)
l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li permezz tagħha tkun sodisfatta li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 105 4.
|
F’każijiet eċċezzjonali meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun neċessarju sabiex jiġu evitati effetti detrimentali li jirriżultaw mill-kriptoassi jew minn attività jew prattika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżura urġenti fuq bażi proviżorja b’notifika bil-miktub sa mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba biex tidħol fis-seħħ lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA, dment li l-kriterji kollha elenkati f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u, barra minn hekk, li jiġi stabbilit b’mod ċar li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jkunx jindirizza t-tħassib jew it-theddida speċifiċi b’mod adegwat. It-tul ta’ żmien tal-miżuri meħuda fuq bażi proviżorja ma għandux jaqbeż tliet xhur.
|
|
Artikolu 105 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li fuqha l-awtorità kompetenti tkun ibbażat id-deċiżjoni tagħha, u tkun sodisfatta li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ġiet issodisfata. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss għal attivitajiet wara li l-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.
|
|
Artikolu 105 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ma jibqgħux japplikaw.
|
|
Artikolu 105 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-anqas fi Stat Membru wieħed skont il-finijiet tal-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|