+Artikolu 110 Reġistru ta’ entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.
---+Artikolu 110 5.
|
Artikolu 110 Reġistru ta’ entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 110 1.
|
L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru mhux eżawrjenti tal-entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi bi ksur tal-Artikolu 59 jew 61.
|
|
Artikolu 110 2.
|
Ir-reġistru għandu jkun fih mill-anqas l-isem kummerċjali jew is-sit web ta’ entità mhux konformi u l-isem tal-awtorità kompetenti li ssottomettiet l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 110 3.
|
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web ta’ ESMA f’format li jinqara minn magna u għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari biex iqis kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi jew kwalunkwe informazzjoni li tiġi kkomunikata lil ESMA dwar l-entitajiet mhux konformi rreġistrati. Ir-reġistru għandu jippermetti aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi, kif ukoll mill-EBA.
|
|
Artikolu 110 4.
|
L-ESMA għandha taġġorna r-reġistru biex jinkludi informazzjoni dwar kwalunkwe każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament identifikat fuq inizjattiva proprja f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li fih tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu indirizzata lil entità mhux konformi li tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, jew kwalunkwe informazzjoni fuq entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi mingħajr l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meħtieġa ppreżentata mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 110 5.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tapplika s-setgħat superviżorji u investigattivi rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 94(1) għal entitajiet mhux konformi li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|