|
+Artikolu 110a 1. |
Artikolu 110a 1.Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88(1) ta’ dan ir-Regolament, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
). Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika, tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs, skont il-kategorija, tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed tfittex ammissjoni għall-kummerċ kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|