|
+Artikolu 110a 4. |
Artikolu 110a 4.Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 109 u 110 ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, tal-emittent tat-tokens tal-flus elettroniċi u tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tal-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi u tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|