|
+Artikolu 111 3. |
Artikolu 111 3.L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fir-rigward ta’ ksur imwettaq minn persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas:
(a)
EUR 5 000 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d);
(b)
3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);
(c)
5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d);
(d)
12,5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c). Meta l-persuna ġuridika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), tkun impriża omm jew sussidjarju ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|