+Artikolu 111 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 111 1.
---+Artikolu 111 2.
---+Artikolu 111 3.
---+Artikolu 111 4.
---+Artikolu 111 5.
---+Artikolu 111 6.

Artikolu 111 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 111 1.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali kriminali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Artikolu 94, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-anqas il-ksur li ġej:

(a) 

il-ksur tal-Artikoli 4 sa 14;

(b) 

il-ksur tal-Artikoli 16, 17, 19, 22, 23, 25, l-Artikoli 27 sa 41, l-Artikoli 46 u 47;

(c) 

il-ksur tal-Artikoli 48 sa 51, tal-Artikoli 53, 54 u 55;

(d) 

il-ksur tal-Artikoli 59, 60, 64 u tal-Artikoli 65 sa 83;

(e) 

il-ksur tal-Artikoli 88 sa 92;

(f) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif imsemmi fl-Artikolu 94(3).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi meta l-ksur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (d) jew (e), huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-30 ta’ Ġunju 2024. Meta jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA, fid-dettall, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. Huma għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 111 2.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu tal-anqas dawn il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d):

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) 

multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur meta dawk il-profitti jew it-telf evitat jkunu jistgħu jiġu ddeterminati, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, jew fil-paragrafu 3 fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi;

(d) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 700 000 , jew, fi Stati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 111 3.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fir-rigward ta’ ksur imwettaq minn persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas:

(a) 

EUR 5 000 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d);

(b) 

3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a);

(c) 

5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d);

(d) 

12,5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c).

Meta l-persuna ġuridika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), tkun impriża omm jew sussidjarju ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.

Artikolu 111 4.
Minbarra l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra kif ukoll il-multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.
Artikolu 111 5.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali taghom, jiżguraw li, fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu tal-anqas il-penali amministrattivi li ġejjin u jieħdu tal-anqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) 

il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d) 

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(e) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fil-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(f) 

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 89, 90, 91 jew 92, projbizzjoni ta’ mill-anqas 10 snin ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċita funzjonijiet maniġerjali fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(g) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja f’isimha stess;

(h) 

multi amministrattivi massimi li tal-anqas jilħqu t-tripplu tal-ammont ta’ profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk ikunu jistgħu jiġu ddeterminati, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (i) jew (j), kif applikabbli;

(i) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 1 000 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 5 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023;

(j) 

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 2 500 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 15 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92, jew 2 % għall-ksur tal-Artikolu 88 u 15 % għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.

Artikolu 111 6.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom setgħat oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta’ penali minbarra dawk stabbiliti f’dawk il-paragrafi, fir-rigward kemm tal-persuni fiżiċi kif ukoll ta’ dawk ġuridiċi responsabbli għall-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.