|
+Artikolu 119 2. |
Artikolu 119 2.Kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun kompost minn:
(a)
l-EBA;
(b)
l-ESMA;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju fejn ikun stabbilit l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment l-aktar rilevanti li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37 jew tal-fondi riċevuti bi skambju għat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(e)
fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar l-aktar rilevanti għall-kriptoassi fejn it-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu ammessi għan-negozjar;
(f)
l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament l-aktar rilevanti li jfornu servizzi ta’ pagament fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(g)
fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jiżguraw il-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h);
(h)
fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi l-aktar rilevanti li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(i)
il-BĊE;
(j)
meta l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;
(k)
meta l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;
(l)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jintuża fuq skala kbira t-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token ta’ flus elettroniċi, fuq talba tagħhom;
(m)
l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-EBA tkun ikkonkludiet ftehimiet ta’ amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 126. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|