+Artikolu 119 Kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
---+Artikolu 119 1.
---+Artikolu 119 2.
---+Artikolu 119 3.
---+Artikolu 119 4.
---+Artikolu 119 5.
---+Artikolu 119 6.
---+Artikolu 119 7.
---+Artikolu 119 8.

Artikolu 119 Kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 119 1.
Fi żmien 30 jum kalendarju minn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti skont l-Artikolu 43, 44, 56 jew 57, kif applikabbli, l-EBA għandha tistabbilixxi, timmaniġġja u tippresjedi kulleġġ superviżorju konsultattiv għal kull emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u taġixxi bħala veikolu għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 119 2.

Kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun kompost minn:

(a) 

l-EBA;

(b) 

l-ESMA;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju fejn ikun stabbilit l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tad-ditti ta’ investiment l-aktar rilevanti li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37 jew tal-fondi riċevuti bi skambju għat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(e) 

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pjattaformi ta’ negozjar l-aktar rilevanti għall-kriptoassi fejn it-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew it-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu ammessi għan-negozjar;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament l-aktar rilevanti li jfornu servizzi ta’ pagament fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(g) 

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jiżguraw il-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h);

(h) 

fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi l-aktar rilevanti li jfornu l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward tat-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(i) 

il-BĊE;

(j) 

meta l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(k) 

meta l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma tkunx l-euro, jew meta munita uffiċjali li ma tkunx l-euro tkun irreferenzjata mit-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru;

(l) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jintuża fuq skala kbira t-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token ta’ flus elettroniċi, fuq talba tagħhom;

(m) 

l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li magħhom l-EBA tkun ikkonkludiet ftehimiet ta’ amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 126.

Artikolu 119 3.
L-EBA tista’ tistieden lil awtoritajiet oħra biex ikunu membri tal-kulleġġ imsemmi fil-pargrafu 1 meta l-entitajiet li huma jissorveljaw ikunu rilevanti għall-ħidma tal-kulleġġ.
Artikolu 119 4.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li mhux membru tal-kulleġġ tista’ titlob mill-kulleġġ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet superviżorji tagħha previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 119 5.

Kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Arikolu għandu, mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti previsti f’dan ir-Regolament, jiżgura:

(a) 

il-preparazzjoni tal-opinjoni mhux vinkolanti msemmija fl-Artikolu 120;

(b) 

l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(c) 

ftehim dwar l-inkarigu volontarju tal-kompiti fost il-membri tiegħu.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġi skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa.

Artikolu 119 6.
It-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq ftehim bil-miktub bejn il-membri kollha tiegħu.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subpargarfu għandu jiddetermina l-arranġamenti prattiċi għall-funzjonament tal-kulleġġ, inklużi regoli dettaljati dwar:

(a) 

il-proċeduri tal-votazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 120(3);

(b) 

il-proċeduri għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(c) 

il-frekwenza tal-laqgħat tal-kulleġġ;

(d) 

il-perjodi ta’ żmien minimi xierqa għall-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti mill-membri tal-kulleġġ;

(e) 

il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ;

(f) 

il-ħolqien ta’ diversi kulleġġi, wieħed għal kull kriptoassi jew grupp ta’ kriptoassi speċifiku.

Il-ftehim jista’ jiddetermina wkoll il-kompiti fdati lill-EBA jew lil membru ieħor tal-kulleġġ.

Artikolu 119 7.

Bħala president ta’ kull kulleġġ, l-EBA għandha:

(a) 

tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ, wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ;

(b) 

tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ;

(c) 

tikkonvoka u tippresjedi l-laqgħat kollha tagħha u żżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ u bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-kulleġġ, dwar it-temi prinċipali li se jiġu diskussi u dwar l-elementi li se jiġu kkunsidrati;

(d) 

tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ bi kwalunkwe laqgħa ppjanata sabiex ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw;

(e) 

iżżomm lill-membri tal-kulleġġ informati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta’ dawk il-laqgħat.

Artikolu 119 8.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi, l-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet li fihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punti (d), (e), (f) u (h), għandhom jitqiesu l-aktar rilevanti;

(b) 

il-kundizzjonijiet li fihom it-tokens irreferenzjati ma’ assi jew it-tokens tal-flus elettroniċi jitqiesu li jintużaw fuq skala kbira, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (l); u

(c) 

id-dettalji tal-arranġamenti prattiċi msemmija fil-paragrafu 6.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissumplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.