+Artikolu 137 Tariffi superviżorji
---+Artikolu 137 1.
---+Artikolu 137 2.
---+Artikolu 137 3.

Artikolu 137 Tariffi superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 137 1.
L-EBA għandha timponi tariffi fuq l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Dawk it-tariffi għandhom ikopru n-nefqa tal-EBA għall-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tagħha fir-rigward tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’konformità mal-Artikoli 117 u 119, kif ukoll ir-rimborż tal-ispejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 138.
Artikolu 137 2.
L-ammont tat-tariffa imposta fuq emittent individwali ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-assi ta’ riżerva tiegħu u għandu jkopri l-ispejjeżkollha mġarrba mill-EBA għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha previsti f’dan ir-Regolament.

L-ammont tat-tariffa imposta fuq emittent individwali ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-ħruġ tat-token tal-flus elettroniċi bħala skambju ma’ fondi u għandu jkopri l-ispejjeż kollha derivati mill-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tal-EBA previsti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-rimborż ta’ kwalunkwe kost imġarrab bħala riżultat tat-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

Artikolu 137 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 139 sa 30 ta’ Ġunju 2024 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika b’mod ulterjuri t-tip ta’ tariffi, il-kwisjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod li bih għandhom jitħallsu u l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat l-ammont massimu għal kull entità imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jista’ jintalab mill-EBA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.