Artikolu 128
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra
Meta emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun involut f’attivitajiet oħra għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament, l-EBA għandha tikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tat-tali attivitajiet oħra kif previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li ma humiex membri tal-kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 119(2), il-punt (m).