+Artikolu 143 Miżuri tranżizzjonali
---+Artikolu 143 1.
---+Artikolu 143 2.
---+Artikolu 143 3.
---+Artikolu 143 4.
---+Artikolu 143 5.
---+Artikolu 143 6.
---+Artikolu 143 7.

Artikolu 143 Miżuri tranżizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 143 1.
L-Artikoli 4 sa 15 ma għandhomx japplikaw għall-offerti lill-pubbliku ta’ kriptoassi li jkunu ntemmu qabel it-30 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 143 2.

B’deroga mit-Titolu II, għandhom japplikaw biss ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-30 ta’ Diċembru 2024:

(a) 

L-Artikoli 7 u 9 għandhom japplikaw għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ppubblikati wara it-30 ta’ Diċembru 2024;

(b) 

►C1  l-operaturi tal-pjattaformi ta’ negozjar għandhom jiżguraw sal-31 ta’ Diċembru 2027 li white paper dwar il-kriptoassi, fil-każijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament, titfassal, tiġi nnotifikata u ppubblikata f’konformità mal-Artikoli 6, 8 u 9 u tiġi aġġornata f’konformità mal-Artikolu 12. ◄

Artikolu 143 3.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li pprovdew is-servizzi tagħhom f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Diċembru 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal-1 ta’ Lulju 2026 jew sakemm jingħataw jew jiġu rrifjutati awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 63, skont liema data tiġi l-ewwel.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-reġim tranżittorju għall-fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi prevista fl-ewwel subparagrafu jew li jnaqqsu d-durata tagħha meta jqisu li l-qafas regolatorju nazzjonali tagħhom applikabbli qabel it-30 ta’ Diċembru 2024 huwa inqas strett minn dan ir-Regolament.

Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA jekk eżerċitawx l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu u d-durata tar-reġim tranżittorju.

Artikolu 143 4.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, għajr l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sakemm jingħataw awtorizzazzjoni sakemm ma jingħataw jew jiġu rrifjutati awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 21, dment li jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni sa qabel it-30 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 143 5.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ħarġu tokens irreferenzjati ma’ assi f’konformità mal-liġi applikabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2024, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sakemm il-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġiet approvata jew tkun naqset milli tiġi approvata skont l-Artikolu 17 dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom skont il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu qabel it-30 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 143 6.
B’deroga mill-Artikoli 62 u 63, l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura simplifikata għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li jiġu sottomessi bejn it-30 ta’ Diċembru 2024 u l-1 ta’ Lulju 2026 minn entitajiet li fit-30 ta’ Diċembru 2024, kienu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu servizzi tal-kriptoassi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu V qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni skont tali proċeduri simplifikati.
Artikolu 143 7.
L-EBA għandha teżerċita r-responsabbiltajiet superviżorji tagħha skont l-Artikolu 117 mid-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 43(11).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.