+TITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
---+Artikolu 140 Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
------+Artikolu 140 1.
------+Artikolu 140 2.
------+Artikolu 140 3.
---+Artikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq
---+Artikolu 142 Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi
------+Artikolu 142 1.
------+Artikolu 142 2.
---+Artikolu 143 Miżuri tranżizzjonali
------+Artikolu 143 1.
------+Artikolu 143 2.
------+Artikolu 143 3.
------+Artikolu 143 4.
------+Artikolu 143 5.
------+Artikolu 143 6.
------+Artikolu 143 7.
---+Artikolu 144 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 145 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
---+Artikolu 146 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
---+Artikolu 147 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
---+Artikolu 148 Traspożizzjoni tal-emendi għad-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937
------+Artikolu 148 1.
------+Artikolu 148 2.
---+Artikolu 149 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
------+Artikolu 149 1.
------+Artikolu 149 2.
------+Artikolu 149 3.
------+Artikolu 149 4.
|
TITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
TITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 140 Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
|
|
|
Artikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq
|
Artikolu 141
Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq
Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull sena wara dan, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi fis-swieq fil-kriptoassi. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Ir-rapport għandu jkun fih dan li ġej:
(a)
in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom, u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;
(b)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;
(c)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;
(d)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54, u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi;
(e)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi, u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(f)
in-numru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u n-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;
(g)
stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;
(h)
fejn possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;
(i)
immappjar tal-lokalizzazzjoni ġeografika u l-livell ta’ kun af lill-klijent tiegħek u proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti ta’ skambji mhux awtorizzati li jipprovdu servizzi fil-kriptoassi għar-residenti tal-Unjoni, inkluż in-numru ta’ skambji mingħajr domiċiljazzjoni ċara u n-numru ta’ skambji li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi ta’ riskju għoli għall-finijiet tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew fil-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, ikklassifikati skont il-livell ta’ konformità ma’ proċeduri adegwati fil-qasam ta’ kun af lill-klijent tiegħek;
(j)
il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet fil-kriptoassi li jseħħu permezz ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew fornitur ta’ servizz mhux awtorizzat jew bejn il-pari, u l-volum ta’ tranżazzjoni tagħhom;
(k)
in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi f’pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;
(l)
in-numru ta’ lmenti riċevuti minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, emittenti u awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ informazzjoni falza u qarrieqa li tinsab fil-white papers dwar il-kriptoassi jew fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, anki permezz ta’ pjattaformi tal-media soċjali;
(m)
approċċi u għażliet possibbli, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex jitnaqqas ir-riskju taċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn atturi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport. Għall-finijiet tar-rapport, l-ESMA tista’ titlob informazzjoni mingħand l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.
|
|
Artikolu 142 Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi
|
|
|
Artikolu 143 Miżuri tranżizzjonali
|
|
|
Artikolu 144 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
|
Artikolu 144
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva 2008/48/KE (
*1
), tad-Direttiva 2009/110/KE, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (
*2
), tad-Direttiva 2013/36/UE (
*3
), tad-Direttiva 2014/49/UE (
*4
), tad-Direttiva 2014/92/UE (
*5
), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (
*6
), tar-Regolament (UE) 2023/1114 (
*7
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
*8
).
|
|
Artikolu 145 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
|
Artikolu 145
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej b’dan li ġej:
“L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 97/9/KE, 98/26/KE, 2001/34/KE, 2002/47/KE, 2004/109/KE, 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*9
), ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*10
), ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*11
), ir-Regolament 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*12
) u sa fejn dawk l-atti japplikaw għal ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew għal impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, emittenti jew offerenti ta’ kriptoassi, il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jew il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fil-limiti tal-partijiet rilevanti tad-Direttivi 2002/87/KE u 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità.
|
|
Artikolu 146 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
|
Artikolu 146
Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE
Fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, il-punt 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15.
Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi inkluż tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*13
).
16.
Il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (EU) 2023/1114.
17.
Servizzi tal-kriptoassi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
|
Artikolu 147 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
|
Artikolu 147
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
Fil-Parti I.B tal-Anness għad-Direttiva (UE) 2019/1937, jiżdied il-punt li ġej:
“(xxii)
Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq tal-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40)”
|
|
Artikolu 148 Traspożizzjoni tal-emendi għad-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937
|
|
|
Artikolu 149 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|