+Artikolu 3 Eżenzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.

Artikolu 3 Eżenzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-AIFMs sakemm huma jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed li l-investituri uniċi tagħhom huma l-AIFM jew l-impriżi prinċipali jew is-sussidjarji tal-AIFM jew sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, bil-kundizzjoni li l-ebda wieħed minn dawk l-investituri ma jkun, huwa stess, AIF.
Artikolu 3 2.

Mingħajr preġudizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 46, għandhom japplikaw biss il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għall-AIFMs li ġejjin:

(a) 

AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM huwa marbut bi mmaniġġar jew kontroll komuni, jew minn holding sostantiva diretta jew indiretta, jimmaniġġaw portafolji ta’ AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi l-assi meħtieġa permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, bħala total ma jaqbżux limitu massimu ta’ EUR 100 miljun; jew

(b) 

AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM ikun marbut permezz ta’ mmaniġġar jew kontroll komuni, jew permezz ta’ holding sostantiva diretta jew indiretta, jamministraw portafolji ta’ AIF li l-assi mmaniġġati tagħhom, bħala total ma jaqbżux il-limitu massimu ta’ EUR 500 miljun meta l-portafolli tal-AIFs jikkonsistu f’AIFs li mhumiex leveraged u li ma għandhomx drittijiet ta’ tifdija li jistgħu jkunu eżerċitati matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investiment inizjali f’kull AIF.

Artikolu 3 3.

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-AIFM imsemmija fil-paragrafu 2 tal-anqas:

(a) 

ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;

(b) 

jidentifikaw ruħhom kif ukoll l-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;

(c) 

jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;

(d) 

jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li qed jikkummerċjalizzaw fihom u dwar l-espożizzjonijiet prinċipali u l-aktar konċentrazzjonijiet importanti tal-AIFs li huma jimmaniġġaw bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, u

(e) 

jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom f’każ li huma ma għadhomx jilħqu l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.

Dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-AIFMs msemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fill-paragrafu 2 m’għadhomx jiġu sodisfatti, l-AIFM ikkonċernat japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju f’konformità mal-proċeduri rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 3 4.
L-AIFMs imsemmija fil-paragrafu 2 m’ għandhomx jibbenefikaw minn ebda drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva, sakemm huma ma jagħżlux li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.Fejn l-AIFMs jagħżlu li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, din għandha tapplika fl-intier tagħha.
Artikolu 3 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-għan li tispeċifika l-proċeduri għall-AIFMs li jagħżlu li jaqgħufl-ambitu ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).
Artikolu 3 6.

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

kif jiġu kkalkulati l-limiti minimi msemmijin fil-paragrafu 2 u t-trattament tal-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi assi miksuba permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, okkażjonalment jaqbżu u/jew jaqgħu taħt il-limitu minimu rilevanti fl-istess sena kalendarja;

(b) 

l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni sabiexikun permess monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku kif stabbiliti fil-paragrafu 3 u

(c) 

l-obbligi ta’ notifika lill-aworitajiet kompetenti kif stabbilit fil-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.