|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-AIFM imsemmija fil-paragrafu 2 tal-anqas:
(a)
ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;
(b)
jidentifikaw ruħhom kif ukoll l-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;
(c)
jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;
(d)
jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li qed jikkummerċjalizzaw fihom u dwar l-espożizzjonijiet prinċipali u l-aktar konċentrazzjonijiet importanti tal-AIFs li huma jimmaniġġaw bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, u
(e)
jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom f’każ li huma ma għadhomx jilħqu l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2. Dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-AIFMs msemmija fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fill-paragrafu 2 m’għadhomx jiġu sodisfatti, l-AIFM ikkonċernat japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju f’konformità mal-proċeduri rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|