+Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-bidu tal-attivitajiet bħala AIFM
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.

Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-bidu tal-attivitajiet bħala AIFM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-ebda AIFMs ma jimmaniġġaw AIFs sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont din id-Direttiva.

AIFMs awtorizzati skont din id-Direttiva għandhom jikkonformaw dejjem mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva.

Artikolu 6 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-ebda AIFM estern ma għandu jidħol f’attivitajiet oħra għajr dawk imsemmijin fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-immaniġġar addizzjonali tal-UCITS suġġett għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/K.
Artikolu 6 3.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-ebda AIF immaniġġat internament ma għandu jidħol f’attivitajiet oħra għajr l-immaniġġar intern ta’ dan l-AIF f’konformità mal-Anness I.
Artikolu 6 4.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw AIFM estern biex jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(a) 

l-immaniġġar ta’ portafolji ta’ investimenti, inklużi dawk li jappartjenu lil fondi tal-pensjoni u istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/41/f’konformità ma’ mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali u individwalizzata;

(b) 

servizzi awżiljarji li jinkludu:

(i) 

konsulenza dwar l-investiment;

(ii) 

żamma fis-sikur u amministrazzjoni fir-rigward ta’ ishma jew unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv;

(iii) 

riċeviment u trasmissjoni ta’ ordnijiet f’relazzjoni ma’ strumentifinanzjarji;

▼M9

(iv) 

kwalunkwe funzjoni jew attività oħra li diġà tkun ipprovduta mill-AIFM b’relazzjoni ma’ AIF li jimmaniġġa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, jew b’relazzjoni ma’ servizzi li jipprovdi f’konformità ma’ dan il-paragrafu, dment li kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali maħluq bl-għoti ta’ dik il-funzjoni jew attività lil partijiet oħra jiġi mmaniġġat kif xieraq.

(c) 

l-amministrazzjoni ta’ parametri referenzjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011;

(d) 

attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

▼B

Artikolu 6 5.

L-AIFMs ma għandhomx ikunu awtorizzati fl-ambitu ta’ din id-Direttiva biex jipprovdu:

(a) 

is-servizzi msemmijin fil-paragrafu 4 biss;

▼M9 —————

▼B

(c) 

l-attivitajiet imsemmijin fil-punt 2 tal-Anness I biss; jew

(d) 

is-servizzi msemmijin fil-punt 1(a) tal-Anness I mingħajr ma jipprovdu ukoll is-servizzi msemmijin fil-punt 1(b) tal-Anness I jew viċi versa; jew

▼M9

(e) 

amministrazzjoni tal-parametri referenzjarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011 li jintużaw fl-AIFs li jimmaniġġaw.

Artikolu 6 6.
L-Artikolu 15, l-Artikolu 16 ħlief għall-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw meta s-servizzi msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, rigward strument wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C, għad-Direttiva 2014/65/UE, jiġu pprovduti mill-AIFMs.
Artikolu 6 7.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni li jeħtieġu għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin f’din id-Direttiva f’ kull ħin.
Artikolu 6 8.
Id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE ma għandhomx ikunu meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta’ investiment bħal immaniġġar ta’ portafolji individwali fir-rigward ta’ AIFs. Madankollu, id-ditti ta’ investiment għandhom, direttament jew indirettament, joffru unitajiet jew ishma ta’ AIFs lil, jew jew jippjazzaw ma’, investituri fl-Unjoni, biss safejn l-unitajiet jew l-ishma jistgħu jiġu kkummerċjalizzati skont din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.