|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni ħlief jekk:
(a)
huma jkunu sodisfatti li l-AIFM jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(b)
l-AIFM jiddisponi minn biżżejjed kapital inizjali u fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 9;
(c)
il-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-AIFM ikollhomreputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-AIF immaniġġat mill-AIFM, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-AIFM u t-tmexxija tan-negozju tal-AIFM tkun deċiża minn mill-inqas żewġ persuni fiżiċi li jissodisfaw tali kundizzjonijiet li jew ikunu impjegati full-time minn dak l-AIFM li jkunu jew membri eżekuttivi jew membri tal-korp ta’ tmexxija tal-AIFM impenjati full-time biex imexxu n-negozju ta’ dak l-AIFM, u li jkunu domiċiljati fl-Unjoni li jissodisfaw tali kundizzjonijiet;
(d)
l-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM li għandhom holdings kwalifikattivi jkunu idonei b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat mmaniġġar tajjeb u prudenti tal-AIFM; u
(e)
l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat tal-AIFM ikunu fl-istess Stat Membru. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|