+Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni ħlief jekk:
(a)
huma jkunu sodisfatti li l-AIFM jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(b)
l-AIFM jiddisponi minn biżżejjed kapital inizjali u fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 9;
▼M9
(c)
il-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-AIFM ikollhomreputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-AIF immaniġġat mill-AIFM, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-AIFM u t-tmexxija tan-negozju tal-AIFM tkun deċiża minn mill-inqas żewġ persuni fiżiċi li jissodisfaw tali kundizzjonijiet li jew ikunu impjegati full-time minn dak l-AIFM li jkunu jew membri eżekuttivi jew membri tal-korp ta’ tmexxija tal-AIFM impenjati full-time biex imexxu n-negozju ta’ dak l-AIFM, u li jkunu domiċiljati fl-Unjoni li jissodisfaw tali kundizzjonijiet;
▼B
(d)
l-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM li għandhom holdings kwalifikattivi jkunu idonei b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat mmaniġġar tajjeb u prudenti tal-AIFM; u
(e)
l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat tal-AIFM ikunu fl-istess Stat Membru.
L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra involuti għandhom jiġu kkonsultati minn qabel tingħata l-awtorizzazzjoni lill AIFMs li ġejjin:
(a)
sussidjarja ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpanija tal-immaniġġar UCITS ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
(b)
sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpannija tal-immaniġġar UCITS, ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; u
(c)
kumpanija kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħal dawk li jikkontrollaw AIFM ieħor, kumpanija tal-immaniġġar UCITS, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom jiġi ostakolat minn kwalunkwe minn dawk li ġejjin:
(a)
rabtiet mill-qrib bejn l-AIFM u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;
(b)
il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-AIFM għandu rabtiet mill-qrib magħhom;
(c)
diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jistgħu jirrestrinġu l-ambitu tal-awtorizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment ta’ AIF li l-AIFM għandu l-permess jimmaniġġa.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-applikant, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni mimlija, tkunx ingħatat l-awtorizzazzjoni jew le. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprorogaw dan il-perijodu sa tliet xhur addizzjonali oħra, jekk dan iqisuh neċessarju minħabba ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u wara li jkunu nnotifikaw lill-AIFM f’dan is-sens. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, applikazzjoni titqies kompleta jekk l-AIFM ikun ippreżenta mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(3). L-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa AIFs bl-istrateġiji ta’ investiment imsemmijin fil-applikazzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom malli tingħata l-awtorizzazzjoni, iżda mhux qabel xahar wara li jkun ippreżenta kwalunkwe informazzjoni nieqsa kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 7(3).
|
|
Artikolu 8 6.
|
Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni koerenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ regolamentazzjoni biex tispeċifika:
(a)
ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIFMs skont il-paragragu 3;
(b)
ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u għall-membri b’holdings kwalifikattivi msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 1,
(c)
l-ostakli li jafu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.
Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|