+Artikolu 9 Kapital inizjali u fondi proprji
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.
---+Artikolu 9 10.
|
Artikolu 9 Kapital inizjali u fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li huwa AIF immaniġġat internament ikollu kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 300 000 .
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fejn AIFM huwa maħtur bħala maniġer estern ta’ AIFs, l-AIFM għandu jkollu kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000 .
|
|
Artikolu 9 3.
|
Fejn il-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġati mill-AIFM jeċċedi EUR 250 miljun, l-AIFM għandu jipprovdi ammont addizzjonali mill-fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji għandu jkun ugwali għal 0.02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-AIFM jeċċedi EUR 250 miljun iżda t-total rikjest tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali, madankollu, ma għandhomx jeċċedu EUR 10 miljun.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-AIF immaniġġat mill-AIFM, inkluż AIF li għalih l-AIFM iddelega funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 20 iżda esklużi l-portafolji tal-AIF li l-AIFM qed jimmaniġġa taħt delega, għandhom jitqiesu li huma l-portafolji tal-AIFM;
|
|
Artikolu 9 5.
|
Irrispettivament mill-paragrafu 3, il-fondi proprji tal-AIFM ma għandhom qatt ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
).
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-AIFMs biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 3 jekk huma jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 9 7.
|
Biex ikopru r-riskji potenzjali ta’ responsabbiltà professjonali li jirriżultaw minn attivitajiet li l-AIFM jista’ jmexxi skont din id-Direttiva, kemm AIFs immaniġġati internament kif ukoll AIFMs esterni għandhom jew:
(a)
ikunu jiddisponu minn fondi proprji li huwa xierqa biex ikopru riskji potenzjali ta’ responsabbiltà li jirriżultaw minn negliġenza professjonali; jew
(b)
ikunu fil-pussess ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali xierqa kontra r-responsabbiltà li tirriżuta minn negliġenza professjonali li tkun xierqa għar-riskji koperti.
|
|
Artikolu 9 8.
|
Il-fondi proprji, inkluż kull fond proprju addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 7, għandhom ikunu investiti f’attiv likwidu jew attiv li jista’ jinqaleb fil-pront f’kontanti f’terminu qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijet spekulattivi.
|
|
Artikolu 9 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri fir-rigward tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu:
(a)
ir-riskji li għandhom ikunu koperti minn fondi proprji addizzjonali jew mill-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali;
(b)
il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-idoneità tal-fondi proprji addizzjonali jew il-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali; u
(c)
il-mod ta’ determinazzjoni tal-adegwamenti li għaddejjin tal-fondi proprji addizzjonali jew tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali.
|
|
Artikolu 9 10.
|
Bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 7 u 8 u tal- atti ddelegati adottati skont il-paragrafu 9, dan l-Artikolu ma għandux japplika għal AIFMs li huma wkoll awtorizzati bħala kumpaniji tal-immaniġġar UCITS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|