+Artikolu 12 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 Prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-AIFMs f’ kull ħin:

(a) 

jaġixxu onestament, bil-kapaċità, attenzjoni u diliġenza dovuta u f’mod ġust fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħhom;

(b) 

jaġixxu fl-aħjar interessi tal-AIFs jew tal-investituri tal-AIFs li huma jimmaniġġaw u l-integrità tas-suq;

(c) 

ikollhom u jużaw b’mod effikaċi r-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom;

(d) 

jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw il-kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, biex jidentifikaw, jimmaniġġaw u jissorveljaw, u meta japplika, jiżvelaw, dawk il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jipprevjenuhom milli jolqtu negattivament l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom u biex jiggarantixxu li l-AIFs li huma jimmaniġġaw huma ttrattati b’mod ġust;

(e) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ regolamentazzjoni kollha applikabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-aħjar interessi tal-AIF jew tal-investituri tal-AIF li huma jimmaniġġaw u tal-integrità tas-suq;

(f) 

jittratta l-investituri kollha tal-AIF b’mod ġust.

L-ebda investitur f’AIF m’ għandu jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF rilevanti.

Artikolu 12 2.

Kull AIFM li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkopri wkoll is-servizz ta’ mmaniġġar diskrezzjonali ta’ portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(4):

(a) 

ma għandhux jingħata l-permess jinvesti l-portafoll kollu ta’ klijent, jew parti minnu, f’unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġa, sakemm ma jirċevix approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;

(b) 

għandu, fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4) jkun suġġett għad- Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur ( 9 ).

Artikolu 12 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jivvalutaw jekk l-AIFMs jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1.
Artikolu 12 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (f), l-AETS għandha sas-16 ta’ Ottubru 2025 tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jivvaluta l-kostijiet li l-AIFMs jimponu fuq l-investituri tal-AIFs li jimmaniġġaw, u li jispjega r-raġunijiet għal-livell ta’ dawk il-kostijiet u għal kwalunkwe differenza bejniethom, inklużi d-differenzi li jirriżultaw min-natura tal-AIFs ikkonċernati. Bħala parti minn dik il-valutazzjoni, l-AETS għandha tanalizza, fil-qafas tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-adegwatezza u l-effettività tal-kriterji stabbiliti fl-għodod ta’ konverġenza tal-AETS dwar is-superviżjoni tal-kostijiet.

Għall-finijiet ta’ dak ir-rapport, u f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS, fuq bażi ta’ darba, b’data dwar il-kostijiet inklużi t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri, jew mill-AIFM b’rabta mal-operazzjonijiet tal-AIF, u li għandhom jiġu allokati direttament jew indirettament lill-AIF. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli għall-AETS fis-setgħat tagħhom, li jinkludu s-setgħa li jeħtieġu li l-AIFMs jipprovdu informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 46(2) ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.