+Artikolu 14 Kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 2a.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 Kunflitti ta’ interess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jidentifikaw il-kunflitti ta’ interess li jinbtu matul l-immaniġġar ta’ AIFs bejn:

(a) 

l-AIFM, inkluż il-maniġers tagħhom, l-impjegati jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa mal-AIFM permezz tal-kontroll, u l-AIF immaniġġati mill-AIFM jew investituri f’dak l-AIF;

(b) 

AIF wieħed jew l-investituri ta’ dan l-AIF u AIF ieħor jew l-investituri f’dak l-AIF,

(c) 

l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u klijent ieħor tal-AIFM;

(d) 

l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u UCITS immaniġġata mill-AIFM jew mill-investituri f’dak l-UCITS; jew

(e) 

żewġ klijenti tal-AIFM.

L-AIFMs għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effikaċi bl-għan li jieħu l-passi raġonevoli kollha maħsuba biex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw u jissorveljaw il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jevita li jkollhom effett negattiv fuq l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom.

L-AIFMs għandhom jissegregaw, fl-ambjent operattiv tagħhom, il-kompiti u r-responsabbiltajiet li jistgħu jitqiesu bħala inkompatibbli ma’ xulxin jew li potenzjalment jistgħu jiġġeneraw kunflitti ta’ interess sistemiċi. L-AIFMs għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet tal-operat tagħhom jistgħux jinvolvu kwalunkwe kunflitti ta’ interess materjali u jiżvelahom lill-investituri tal-AIFs.

Artikolu 14 2.
Fejn l-arranġamenti organizzattivi li jsiru mill-AIFM għall-identifikazzjoni, għall-prevenzjoni, għall-immaniġġar u għall-monitoraġġ tal-kunflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’kunfidenza raġonevoli, li r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri jiġu impediti, l-AIFM għandu jiżvela l-għamla ġenerali jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess tal-investituri qabel ma jidħol f’negozju f’isimhom, u jiżviluppa politika u proċeduri xierqa.
Artikolu 14 2a.
Meta AIFM jimmaniġġa jew ikollu l-ħsieb li jimmaniġġa AIF fuq l-inizjattiva ta’ parti terza, inklużi każijiet meta dak l-AIF juża l-isem ta’ inizjatur ta’ parti terza jew meta AIFM jaħtar inizjatur ta’ parti terza bħala delegat skont l-Artikolu 20, l-AIFM għandu, filwaqt li jqis kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati u evidenza tal-konformità tiegħu mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu. B’mod partikolari, l-AIFM għandu jispeċifika l-passi raġonevoli li jkun ħa biex jipprevjeni kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mir-relazzjoni mal-parti terza jew, fejn dawk il-kunflitti ta’ interess ma jkunux jistgħu jiġu evitati, kif jidentifika, jimmaniġġa, jimmonitorja u, fejn applikabbli, jiżvela dawk il-kunflitti ta’ interess sabiex ma jħallihomx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-AIF u tal-investituri tiegħu.
Artikolu 14 3.
Fejn l-AIFM f’isem l-AIF juża s-servizzi ta’ intermedjarju ewlieni, il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’kuntratt bil-miktub. Partikolarment, kwalunkwe possibbiltà ta’ trasferiment u użu mill-ġdid tal-assi tal-AIF għandha tkun prevista f’dak il-kuntratt u għandha tikkonforma mar-regoli tal-AIF jew strumenti ta’ inkorporazzjoni. Il-kuntratt għandu jiddisponi li d-depożitarju jkun informat bil-kuntratt.

L-AIFMs għandhom jeżerċitaw ħila, attenzjoni u diliġenza dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ intermedjarji ewlenin li magħhom jiġi konkluż kuntratt.

Artikolu 14 4.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

it-tipi ta’ kunflitti ta’ interessi msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

il-passi raġonevoli li l-AIFMs huma mistennija li jieħdu fit-termini ta’ strutturi u tal-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw, jissorveljaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.