+Artikolu 15 4b.

Artikolu 15 4b.

AIFM għandu jiżgura li l-leverage finanzjarju ta’ AIF li joriġina self li jimmaniġġa jirrappreżenta mhux aktar minn:

(a) 

175 %, meta dak l-AIF ikun miftuħ;

(b) 

300 %, meta dak l-AIF ikun magħluq.

Il-leverage finanzjarju ta’ AIF li joriġina self għandu jiġi espress bħala l-proporzjon bejn l-iskopertura ta’ dak l-AIF, ikkalkulata skont il-metodu ta’ impenn kif definit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4(3), u l-valur nett tal-assi tiegħu.

Arranġamenti ta’ self li jkunu koperti bis-sħiħ minn impenji ta’ kapital kuntrattwali minn investituri fl-AIF li joriġina self ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu esponiment għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon imsemmi fit-tieni subparagrafu.

Fil-każ li AIF li joriġina self jikser ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu u l-ksur ikun lil hinn mill-kontroll tal-AIFM li jimmaniġġah, l-AIFM għandu, f’perjodu xieraq, jieħu tali miżuri kif ikun meħtieġ biex jirrettifika l-pożizzjoni, filwaqt li jqis l-interessi tal-investituri fl-AIF li joriġina self.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25(3), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal AIF li joriġina self li l-attivitajiet ta’ self tiegħu huma biss li joriġina self tal-azzjonisti, dment li l-valur nozzjonali ta’ dak is-self ma jaqbiżx b’mod aggregat il-150 % tal-kapital tal-AIF.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.