+Artikolu 15 L-immaniġġar tar-riskji
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 3a.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 4a.
---+Artikolu 15 4b.
---+Artikolu 15 4c.
---+Artikolu 15 4d.
---+Artikolu 15 4e.
---+Artikolu 15 4f.
---+Article 15 4g.
---+Article 15 4h.
---+Artikolu 15 4i.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 L-immaniġġar tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-AIFMs għandhom jisseparaw mil-lat funzjonali u ġerarkiku l-funzjonijiet tal-immaniġġar tar-riskji mill-unitajiet operattivi, anke mill-funzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ portafolji. Is-separazzjoni mil-lat funzjonali u ġerarkiku tal-funzjonijiet tal-immaniġġar tar-riskji f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi riveduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM f’ konformita’ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bil-ħsieb l-AIFM fi kwalunkwe każ għandu jkun kapaċi juri li s-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interess jippermettu l-prestazzjoni indipendenti tal-attivitajiet ta’ mmaniġġar tar-rikju u li l-proċess ta’ mmaniġġar tar-riskju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u huwa effikaċi konsistentement.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-AIFMs għandhom jimplimentaw sistemi adegwati ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw kif xieraq ir-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF u li għalihom huwa jew jista’ jkun espost kull AIF. B’mod partikolari, l-AIFMs ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (
10
), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIFs. L-AIFMs għandhom jirrivedu s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskju bi frekwenza xierqa, tal-lanqas minn darba fis-sena, u fejn neċessarju, jadattahom.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-AIFMs għandhom tal-lanqas:
(a)
jimplimentaw proċess ta’ diliġenza dovuta xieraq, dokumentat u aġġornat regolarment meta jinvesti f’isem l-AIF, skont l-istrateġija tal-investiment, l-għanijiet u l-profil tar-riskju tal-AIF;
(b)
jiżguraw li r-riskji assoċjati ma’ kull pożizzjoni tal-investiment tal-AIF u l-effett totali tagħhom fuq il-portafoll tal-AIF jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immaniġġati u sorveljati kif jixraq fuq bażi kontinwa anke billi jintużaw proċeduri xierqa ta’ simulazzjoni ta’ kriżi;
(c)
jiżguraw li l-profil tar-riskju tal-AIF jikkorrispondi mad-daqs, l-istruttura tal-portafoll u l-istrateġiji u l-objettivi tal-investiment tal-AIF kif stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospetti u d-dokumenti tal-offerta tal-AIF;
▼M9
(d)
għal attivitajiet li joriġinaw mis-self, jimplimentaw politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-għoti ta’ kreditu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta l-AIFMs jimmaniġġaw l-AIFs li jinvolvu ruħhom f’oriġinazzjoni tas-self, inkluż meta dawk l-AIFs jakkwistaw l-esponiment għas-self permezz ta’ partijiet terzi, huma għandhom jimplimentaw ukoll politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-portafoll tal-kreditu tagħhom, iżommu dawk il-politiki, il-proċeduri u l-proċessi aġġornati u effettivi u jirrieżaminawhom regolarment u mill-inqas darba fis-sena. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1), il-punt (b), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-oriġinazzjoni tas-self mill-azzjonisti meta l-valur nozzjonali ta’ tali self ma jaqbiżx b’mod aggregat il-150 % tal-kapital tal-AIF.
|
|
Artikolu 15 3a.
|
Filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-AIFs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-keditu tal-AIFMs, jivvalutaw l-użu tar-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-politika ta’ investiment tal-AIFs u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali gradazzjonijiet tal-kreditu.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-AIFMs għandhom jistabbilixxu livell massimu ta’ leverage finanzjarju li huma jistaw jimpjegaw f’isem kull AIF li jimmaniġġaw, kif ukoll il-punt sa fejn id-dritt tal-użu mill-ġdid tal-kollaterali jew garanzija li jistgħu jingħataw taħt l-arranġament ta’ leverage finanzjarju, waqt li jittieħed kont, inter alia ta’:
(c)
is-sorsi tal-leverage finanzjarju tal-AIF;
(d)
kull interkonnessjoni jew relazzjonijiet rilevanti oħra ma’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ servizzi finanzjarji, li jistgħu joħolqu riskju sistemiku;
(e)
il-bżonn li jiġi limitat l-esponiment għal kwalunkwe kontroparti individwali;
(f)
il-punt sa kemm il-leverage finanzjarju hi kollateralizzata;
(g)
il-proporzjon bejn l-attiv u l-passiv;
(h)
id-daqs u n-natura tal-attività tal-AIFM fis-swieq ikkonċernati.
|
|
Artikolu 15 4a.
|
AIFM għandu jiżgura li, meta AIF li jimmaniġġa joriġina self, il-valur nozzjonali tas-self oriġinat lil kwalunkwe mutwatarju uniku minn dak l-AIF ma jaqbiżx f’termini ta’ aggregati l-20 % tal-kapital tal-AIF meta l-mutwatarju jkun wieħed minn dawn li ġejjin
(a)
impriża finanzjarja kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (25), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
);
Ir-restrizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-limiti, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 (
12
), (UE) Nru 346/2013 (
13
) u (UE) 2015/760 (
14
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
Artikolu 15 4b.
|
AIFM għandu jiżgura li l-leverage finanzjarju ta’ AIF li joriġina self li jimmaniġġa jirrappreżenta mhux aktar minn:
(a)
175 %, meta dak l-AIF ikun miftuħ;
(b)
300 %, meta dak l-AIF ikun magħluq.
Il-leverage finanzjarju ta’ AIF li joriġina self għandu jiġi espress bħala l-proporzjon bejn l-iskopertura ta’ dak l-AIF, ikkalkulata skont il-metodu ta’ impenn kif definit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4(3), u l-valur nett tal-assi tiegħu. Arranġamenti ta’ self li jkunu koperti bis-sħiħ minn impenji ta’ kapital kuntrattwali minn investituri fl-AIF li joriġina self ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu esponiment għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon imsemmi fit-tieni subparagrafu. Fil-każ li AIF li joriġina self jikser ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu u l-ksur ikun lil hinn mill-kontroll tal-AIFM li jimmaniġġah, l-AIFM għandu, f’perjodu xieraq, jieħu tali miżuri kif ikun meħtieġ biex jirrettifika l-pożizzjoni, filwaqt li jqis l-interessi tal-investituri fl-AIF li joriġina self. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25(3), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal AIF li joriġina self li l-attivitajiet ta’ self tiegħu huma biss li joriġina self tal-azzjonisti, dment li l-valur nozzjonali ta’ dak is-self ma jaqbiżx b’mod aggregat il-150 % tal-kapital tal-AIF.
|
|
Artikolu 15 4c.
|
Il-limitu ta’ investiment ta’ 20 % stabbilit fil-paragrafu 4a għandu:
(a)
japplika sad-data speċifikata fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew il-prospett, li ma għandhiex tkun aktar tard minn 24 xahar mid-data tal-ewwel sottoskrizzjoni għal unitajiet jew ishma tal-AIF;
(b)
ma jibqax japplika ladarba l-AIFM jibda jbigħ l-assi tal-AIF sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma bħala parti mil-likwidazzjoni tal-AIF; kif ukoll;
(c)
jiġi sospiż temporanjament meta l-kapital tal-AIF jiżdied jew jitnaqqas.
Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandha tkun limitata fiż-żmien għall-perjodu li jkun strettament meħtieġ, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-investituri fl-AIF, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex iddum aktar minn 12-il xahar.
|
|
Artikolu 15 4d.
|
Id-data tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4c, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tqis il-karatteristiċi partikolari tal-assi li għandhom jiġu investiti mill-AIF. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIFM, meta jiġi ppreżentat pjan ta’ investiment debitament ġustifikat, jistgħu japprovaw estensjoni ta’ dak il-limitu ta’ żmien b’mhux iktar minn 12-il xahar addizzjonali.
|
|
Artikolu 15 4e.
|
L-AIFM għandu jiżgura li AIF li jimmaniġġa ma jagħtix self lill-entitajiet li ġejjin:
(a)
l-AIFM jew il-persunal ta’ dak l-AIFM;
(b)
id-depożitarju tal-AIF jew l-entitajiet li d-depożitarju jkun iddelegalhom funzjonijiet fir-rigward tal-AIF skont l-Artikolu 21;
(c)
entità li l-AIFM ikun iddelegalha l-funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 20 jew il-persunal ta’ dik l-entità;
(d)
entità fi ħdan l-istess grupp tal-AIFM, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), ħlief meta dik l-entità tkun impriża finanzjarja li tiffinanzja esklużivament lil mutwatarji li mhumiex imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 15 4f.
|
Meta AIF joriġina self, ir-rikavati tas-self, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe tariffa permissibbli għall-amministrazzjoni tagħhom, għandhom jiġu attribwiti kollha kemm huma lil dak l-AIF. Il-kostijiet u l-ispejjeż kollha marbuta mal-amministrazzjoni tas-self għandhom jiġu żvelati f’konformità mal-Artikolu 23.
|
|
Article 15 4g.
|
Without prejudice to other instruments of Union law, a Member State may prohibit AIFs that originate loans from granting loans to consumers as defined in Article 3, point (a), of Directive 2008/48/EC of the European Parliament and of the Council (
16
) in its territory, and may prohibit AIFs from servicing credits granted to such consumers in its territory. Such prohibition shall not affect the marketing in the Union of AIFs granting loans to consumers or servicing credits granted to consumers.
|
|
Article 15 4h.
|
Member States shall prohibit AIFMs from managing AIFs that engage in loan origination where the whole or part of the investment strategy of those AIFs is to originate loans with the sole purpose of transferring those loans or exposures to third parties.
|
|
Artikolu 15 4i.
|
AIFM għandu jiżgura li l-AIF li jimmaniġġa jżomm 5 % tal-valur nozzjonali ta’ kull self li jkun oriġina l-AIF u sussegwentement ittrasferit lil partijiet terzi. Dak il-perċentwal ta’ kull self għandu jinżamm:
(a)
sal-maturità, għal self li l-maturità tiegħu hija perjodu sa massimu ta’ tmien snin, jew għal self mogħti lill-konsumaturi irrispettivament mill-maturità tiegħu; kif ukoll;
(b)
għal perjodu ta’ mill-inqas tmien snin għal self ieħor.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżit stabbilit fih ma għandux japplika meta:
(a)
l-AIFM jibda jbigħ l-assi tal-AIF sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma bħala parti mil-likwidazzjoni tal-AIF;
(b)
id-disponiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ konformità mal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, jew mar-rekwiżiti tal-prodott;
(c)
il-bejgħ tas-self ikun meħtieġ biex l-AIFM ikun jista’ jimplimenta l-istrateġija ta’ investiment tal-AIF li jimmaniġġa fl-aħjar interessi tal-investituri tal-AIF; jew
(d)
il-bejgħ tas-self ikun dovut għal deterjorament fir-riskju assoċjat mas-self, identifikat mill-AIFM bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu u mill-proċess tal-immaniġġar tar-riskju msemmi fl-Artikolu 15(3), u x-xerrej jiġi infurmat b’dak id-deterjorament meta jixtri s-self.
Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu, l-AIFM għandu juri li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga rilevanti stabbilita fit-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
(a)
is-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji li għandhom jintużaw mill-AIFMs relattivament għar-riskji li huma jġarrbu f’isem l-AIFs li jimmaniġġaw;
(b)
il-frekwenza xierqa għar-rieżami tas-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju;
(c)
il-mod kif il-funzjoni ta’ mmaniġġar tar-riskju għandha tkun separata mil-lat funzjonali u ġerarkiku mill-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni ta’ mmaniġġar ta’ portafolji;
(d)
is-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interessi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;
(e)
ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 3.
Il-miżuri li jispeċifikaw is-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw l-prevenzjoni tal-AIFMs milli jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIFs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|