|
+Artikolu 15 4c. |
Artikolu 15 4c.Il-limitu ta’ investiment ta’ 20 % stabbilit fil-paragrafu 4a għandu:
(a)
japplika sad-data speċifikata fir-regoli tal-AIF, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew il-prospett, li ma għandhiex tkun aktar tard minn 24 xahar mid-data tal-ewwel sottoskrizzjoni għal unitajiet jew ishma tal-AIF;
(b)
ma jibqax japplika ladarba l-AIFM jibda jbigħ l-assi tal-AIF sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma bħala parti mil-likwidazzjoni tal-AIF; kif ukoll;
(c)
jiġi sospiż temporanjament meta l-kapital tal-AIF jiżdied jew jitnaqqas. Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandha tkun limitata fiż-żmien għall-perjodu li jkun strettament meħtieġ, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-investituri fl-AIF, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex iddum aktar minn 12-il xahar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|