+Artikolu 15 4i.

Artikolu 15 4i.

AIFM għandu jiżgura li l-AIF li jimmaniġġa jżomm 5 % tal-valur nozzjonali ta’ kull self li jkun oriġina l-AIF u sussegwentement ittrasferit lil partijiet terzi. Dak il-perċentwal ta’ kull self għandu jinżamm:

(a) 

sal-maturità, għal self li l-maturità tiegħu hija perjodu sa massimu ta’ tmien snin, jew għal self mogħti lill-konsumaturi irrispettivament mill-maturità tiegħu; kif ukoll;

(b) 

għal perjodu ta’ mill-inqas tmien snin għal self ieħor.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżit stabbilit fih ma għandux japplika meta:

(a) 

l-AIFM jibda jbigħ l-assi tal-AIF sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma bħala parti mil-likwidazzjoni tal-AIF;

(b) 

id-disponiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ konformità mal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, jew mar-rekwiżiti tal-prodott;

(c) 

il-bejgħ tas-self ikun meħtieġ biex l-AIFM ikun jista’ jimplimenta l-istrateġija ta’ investiment tal-AIF li jimmaniġġa fl-aħjar interessi tal-investituri tal-AIF; jew

(d) 

il-bejgħ tas-self ikun dovut għal deterjorament fir-riskju assoċjat mas-self, identifikat mill-AIFM bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu u mill-proċess tal-immaniġġar tar-riskju msemmi fl-Artikolu 15(3), u x-xerrej jiġi infurmat b’dak id-deterjorament meta jixtri s-self.

Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu, l-AIFM għandu juri li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga rilevanti stabbilita fit-tieni subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.