|
+Artikolu 16 2b. |
Artikolu 16 2b.Bl-għan li jiġi żgurat li jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, AIFM li jimmaniġġa AIF miftuħ għandu jagħżel tal-anqas żewġ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, wara li jivvaluta l-adegwatezza ta’ dawk l-għodod fir-rigward tal-istrateġija ta’ investiment segwita, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija tal-AIF. L-AIFM għandu jinkludi dawk l-għodod fir-regoli tal-AIFM jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għal użu possibbli fl-interess tal-investituri tal-AIF. Ma għandux ikun possibbli li dik l-għażla tinkludi biss l-għodod imsemmija fl-Anness V, il-punti 5 u 6. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, AIFM jista’ jiddeċiedi li jagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, għal AIF li jimmaniġġa jekk dak l-AIF ikun awtorizzat bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ). L-AIFM għandu jimplimenta politiki u proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe għodda magħżula għall-ġestjoni tal-likwidità u l-arranġamenti operazzjonali u amministrattivi għall-użu ta’ tali għodda. L-għażla msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-politiki u l-proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM. Tifdija in natura kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 8, għandha tiġi attivata biss biex tissodisfa tifdijiet mitluba minn investituri professjonali u jekk it-tifdija in natura tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF. B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tifdija in natura ma hemmx bżonn li tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF jekk dak l-AIF ikun ikkummerċjalizzat biss ma’ investituri professjonali, jew meta l-għan ta’ dik il-politika ta’ investiment ta’ dak l-AIF ikun li tirreplika l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ stokk, u dak l-AIF ikun fond negozjat fil-borża kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (46), tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|