+Artikolu 16 L-immaniġġar tal-likwidità
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 2a.
---+Artikolu 16 2b.
---+Artikolu 16 2c.
---+Artikolu 16 2d.
---+Artikolu 16 2e.
---+Artikolu 16 2f.
---+Article 16 2g.
---+Article 16 2h.
---+Artikolu 16 2i.
---+Artikolu 16 3.
|
Artikolu 16 L-immaniġġar tal-likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-AIFMs, għal kull AIF li jimmaniġġaw li mhijiex tat-tip magħluq mingħajr leverage finanzjarju, għandhom jużaw sistema xierqa tal-immaniġġar tal-likwidità u jadottaw proċeduri li jippermettulhom jissorvelja r-riskju ta’ likwidità tal-AIF u jiżguraw li l-profil tal-likwidità tal-investiment tal-AIF jikkonforma mal-obbligi sottostanti tagħhom. L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment simulazzjonijiet ta’ kriżi, taħt kundizzjonijiet ta’ likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-AIFs u jissorveljaw r-riskju ta’ likwidità tal-AIFs b’mod konformi.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-AIFMs għandhom jiżguraw li għal kull AIF li jimmaniġġaw l-istrateġija ta’ investiment, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija jkunu konsistenti.
|
|
Artikolu 16 2a.
|
AIFM għandu jiżgura li l-AIF li joriġina self li jimmaniġġa jkun magħluq. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, AIF li joriġina self jista’ jkun miftuħ dment li l-AIFM li jimmaniġġa jkun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM li s-sistema tal-immaniġġar tar-riskju tal-likwidità tal-AIF hija kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment u l-politika ta’ tifdija tiegħu. Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limiti, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) 2015/760.
|
|
Artikolu 16 2b.
|
Bl-għan li jiġi żgurat li jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, AIFM li jimmaniġġa AIF miftuħ għandu jagħżel tal-anqas żewġ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, wara li jivvaluta l-adegwatezza ta’ dawk l-għodod fir-rigward tal-istrateġija ta’ investiment segwita, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija tal-AIF. L-AIFM għandu jinkludi dawk l-għodod fir-regoli tal-AIFM jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għal użu possibbli fl-interess tal-investituri tal-AIF. Ma għandux ikun possibbli li dik l-għażla tinkludi biss l-għodod imsemmija fl-Anness V, il-punti 5 u 6. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, AIFM jista’ jiddeċiedi li jagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, għal AIF li jimmaniġġa jekk dak l-AIF ikun awtorizzat bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
). L-AIFM għandu jimplimenta politiki u proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe għodda magħżula għall-ġestjoni tal-likwidità u l-arranġamenti operazzjonali u amministrattivi għall-użu ta’ tali għodda. L-għażla msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-politiki u l-proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM. Tifdija in natura kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 8, għandha tiġi attivata biss biex tissodisfa tifdijiet mitluba minn investituri professjonali u jekk it-tifdija in natura tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF. B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tifdija in natura ma hemmx bżonn li tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-AIF jekk dak l-AIF ikun ikkummerċjalizzat biss ma’ investituri professjonali, jew meta l-għan ta’ dik il-politika ta’ investiment ta’ dak l-AIF ikun li tirreplika l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ stokk, u dak l-AIF ikun fond negozjat fil-borża kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (46), tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 16 2c.
|
AIFM li jimmaniġġa AIF miftuħ jista’, fl-interess tal-investituri tal-AIF, jissospendi temporanjament is-sottoskrizzjonijiet, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 1, meta dawk l-għodod ikunu inklużi fir-regoli tal-AIF jew fi strumenti ta’ inkorporazzjoni, jattiva jew jiddiżattiva għodod oħra għall-ġestjoni tal-likwidità magħżula mill-Anness V, il-punti 2 sa 8, f’konformità mal-paragrafu 2b ta’ dan l-Artikolu. L-AIFM jista’ wkoll, fl-interess tal-investituri tal-AIF, jattiva side pockets kif imsemmi fl-Anness V, il-punt 9. AIFM għandu juża biss sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdijiet jew is-side pockets kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tal-investituri tal-AIF.
|
|
Artikolu 16 2d.
|
AIFM għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar dan li ġej:
(a)
meta l-AIFM jattiva jew jiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 1;
(b)
meta l-AIFM jattiva jew jiddiżattiva kwalunkwe waħda mill-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, b’mod li ma jkunx fil-perkors normali tan-negozju kif previst fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF.
AIFM għandu, fi żmien raġonevoli qabel jattiva jew jiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 9, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju dwar tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
18
) bi kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 16 2e.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas l-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità stabbiliti fl-Anness V ikunu disponibbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs miftuħa.
|
|
Artikolu 16 2f.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina r-rekwiżiti li l-AIFs li joriġinaw self iridu jikkonformaw magħhom biex iżommu struttura miftuħa. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu sistema tajba ta’ mmaniġġar tal-likwidità, id-disponibbiltà ta’ assi likwidi u l-ittestjar tal-istress, kif ukoll politika xierqa ta’ tifdija li tqis il-profil tal-likwidità ta’ AIFs li joriġinaw self. Dawk ir-rekwiżiti għandhom iqisu wkoll kif xieraq l-iskoperturi tas-self sottostanti, iż-żmien medju għall-ħlas lura tas-self u l-granularità u l-kompożizzjoni ġenerali tal-portafolli tal-AIFs li joriġinaw self.
|
|
Article 16 2g.
|
ESMA shall develop draft regulatory technical standards to specify the characteristics of the liquidity management tools set out in Annex V. When developing those draft regulatory technical standards, ESMA shall take account of the diversity of investment strategies and underlying assets of AIFs. Those standards shall not restrict the ability of AIFMs to use any appropriate liquidity management tool for all asset classes, jurisdictions and market conditions.
|
|
Article 16 2h.
|
By 16 April 2025, ESMA shall develop guidelines on the selection and calibration of liquidity management tools by AIFMs for liquidity risk management and for mitigating financial stability risks. Those guidelines shall recognise that the primary responsibility for liquidity risk management remains with AIFMs. They shall include indications as to the circumstances in which side pockets, as referred to in Annex V, point 9, can be activated. They shall allow adequate time for adaptation before they apply, in particular for existing AIFs.
|
|
Artikolu 16 2i.
|
L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafi 2f u 2 g ta’ dan l-Artikolu lill-Kummissjoni sas-16 ta’ April 2025. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 2f u 2 g f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
(a)
is-sistemi u l-proċeduri ta’ mmaniġġar tal-likwidità; u,
(b)
l-allinjament tal-istrateġija ta’ investiment, tal-profil tal-likwidità u tal-politika ta’ tifdija stipulati fil-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|