|
+Artikolu 16 2d. |
Artikolu 16 2d.AIFM għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu dwar dan li ġej:
(a)
meta l-AIFM jattiva jew jiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 1;
(b)
meta l-AIFM jattiva jew jiddiżattiva kwalunkwe waħda mill-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punti 2 sa 8, b’mod li ma jkunx fil-perkors normali tan-negozju kif previst fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF. AIFM għandu, fi żmien raġonevoli qabel jattiva jew jiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 9, jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju dwar tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) bi kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|