+Artikolu 19 Valutazzjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.
|
Artikolu 19 Valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
L-AIFMs għandhom jiżguraw li, għal kull AIF li jimmaniġġaw, jiġu stabbiliti proċeduri xierqa u konsistenti sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni xierqa u indipendenti tal-assi tal-AIF, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, r-regoli nazzjonali applikabbli u r-regli tal-AIF jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem tal-AIF għandhom jiġu stipulati fil-liġi tal-pajjiż fejn l-AIF huwa stabbilit u/jew fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-AIFMs għandhom jiżguraw ukoll li l-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem tal-AIF jiġi kkalkulat u żvelat lill-investituri f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mal-liġi nazzjonali applikabbli u mar-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF. Il-proċeduri ta’ valutazzjoni li jintużaw għandhom jiżguraw li l-assi jiġu vvalutati u l-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem jiġi kkalkulat u ppubblikat mill-inqas darba fis-sena. Jekk l-AIF huwa tat-tip miftuħ il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll bi frekwenza li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-frekwenza ta’ ħruġ u tifdija tiegħu. Jekk l-AIF huwa tat-tip magħluq, il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll fil-każ ta’ żieda jew tnaqqis tal-kapital mill-AIF rilevanti. L-investituri għandhom jiġu infurmati dwar il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli kif stabbilit fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni rilevanti tal-AIF.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-AIFMs għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-valutazzjoni titwettaq:
(a)
minn valutatur estern, li jkun persuna ġuridika jew fiżika indipendenti mill-AIF, l-AIFM u kull persuna oħra b’rabtiet mill-qrib mal-AIF jew l-AIFM; jew
(b)
mill-AIFM innifsu, sakemm il-kompitu il-valtuazzjoni jkun funzjonalment indipendenti mill-immaniġġar tal-portafoll u l-politika ta’ remunerazzjoni u miżuri oħra jiżguraw il-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-prevenzjoni ta’ influwenza mhux xierqa fuq l-impjegati.
Id-depożitarju maħtur għal AIF m’għandux jinħatar bħala valutatur estern tal-AIF, sakemm ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu ta’ valutatur estern u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Fejn valutatur estern ikun iwettaq il-funzjoni il-valtuazzjoni, l-AIFM għandu juri li:
(a)
il-valutatur estern hu suġġett għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta bil-liġi jew suġġett għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew ta’ regolamentazzjoni jew regoli professjonali u deontoloġiċi; u
(b)
il-valutatur estern jista’ jipprovdi biżżejjed garanziji professjonali biex ikun jista’ jiżvolġi b’mod effikaċi l-funzjonijiet ta’ valtuazzjoni rilevanti f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3; u
(c)
il-ħatra tal-valutatur estern tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) u (2) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 20(7).
|
|
Artikolu 19 6.
|
Il-valutatur estern maħtur ma għandux jiddelega l-funzjoni ta’ valtuazzjoni lil parti terza.
|
|
Artikolu 19 7.
|
L-AIFM għandu jinnotifika l-ħatra ta’ valutatur estern lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu li jistgħu jirrikjedu li jinħatar valutatur estern ieħor minflok, fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ma jiġux jew ma jibqgħux sodisfatti.
|
|
Artikolu 19 8.
|
Il-valtuazzjoni għandha titwettaq b’mod imparzjali u bil-ħila, attenzjoni u diliġenza dovuti kollha.
|
|
Artikolu 19 9.
|
Fejn il-funzjoni ta’ valtuazzjoni ma titwettaqx minn valutatur estern indipendenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirrikjedu li l-proċeduri ta’ valtuazzjoni u/jew il-valutazzjonijiet tal-AIFM jiġu vverifikati minn valutatur estern jew, fejn ikun xieraq, minn awditur.
|
|
Artikolu 19 10.
|
L-AIFMs huma responsabbli għall-valtuazzjoni xierqa tal-assi tal-AIF, il-kalkolu tal-valur nett tal-assi u l-pubblikazzjoni ta’ dak il-valur nett tal-assi. Ir-responsabilità tal-AIFM għall-AIF u l-investituri tiegħu, għaldaqstant, fl-ebda każ, m’għandha tiġi affettwata mill-fatt li l-AIFM ħatar valutatur estern. Minkejja l-ewwel subparagrafu u irrispettivament minn kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali li jipprevedu mod ieħor, il-valutatur estern għandu jkun responsabbli lejn l-AIFM għal kwalunkwe telf li jbati l-AIFM bħala riżultat tan-negliġenza jew nuqqas intenzjonali tal-valutatur estern li jwettaq il-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 19 11.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:
(a)
il-kriterji rigward il-proċeduri għall-valtuazzjonixierqa tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem;
(b)
il-garanziji professjonali li l-valutatur estern għandu jkun jista’ jipprovdi biex iwettaq il-funzjoni ta’ stimar b’mod effikaċi.
(c)
il-frekwenza tal-valtuazzjoni imwettqa mill-AIFs tat-tip miftuħ li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-politika tiegħu ta’ ħruġ u tifdija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|