|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.►M9 L-AIFMs, li jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw lil partijiet terzi l-kompitu li jwettqu, f’isimhom, waħda jew aktar mill-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I jew tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4), għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom qabel ma l-arranġamenti tad-delega jsiru effettivi. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati: ◄
(a)
l-AIFM jrid ikun jista’ jiġġustifika l-istruttura ta’ delega kollha kemm hi tiegħu b’raġunijiet oġġettivi;
(b)
id-delegat jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti rispettivi u l-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tad-delegat jrid ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u biżżejjed esperjenza;
(c)
meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall-iskop ta’ mmaniġġar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni jew, fejn dik il-kundizzjoni ma tistax tkun sodisfatta, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM;
(d)
meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriża ta’ pajjiż terz, minbarra r-rekwiżiti fil-punt (c), għandha tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-impriża;
(e)
id-delega ma għandhiex tipprevjeni l-effikaċja tas-superviżjoni tal-AIFM, u partikolarment ma tridx tipprevjeni lill-AIFM milli jaġixxi, jew lill-AIF milli tiġi mmaniġġata, fl-aħjar interessi tal-investituri tiegħu;
(f)
l-AIFM irid ikun jista’ juri li d-delegat huwa kwalifikat u kapaċi jeżegwixxi l-funzjonijiet u jipprovdi s-servizzi kkonċernati, li ntgħażel bl-attenzjoni dovuta kollha u li l-AIFM huwa f’pożizzjoni li jissorvelja b’mod effettiv u fi kwalunkwe ħin l-attività ddelegata, li jagħti fi kwalunkwe ħin istruzzjonijiet ulterjuri lid-delegat u li jirtira d-delega b’effett immedjat meta, biex dan iseħħ, irid ikun fl-interess tal-investituri. L-AIFM għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull delegat fuq bażi kontinwa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|